Friday, April 26, 2024

Ir-rebbieħa ta’ Miss Supranational b’inizjattiva biex tferraħ tfal morda dan il-Milied

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied jinsabu ftit ġranet ‘il bogħod. Intant ir-rebbieħa ta’ Miss Supranational Malta ta’ din is-sena ħarġet b’idea brillanti li se tferraħ tfal li bħalissa jinsabu l-Isptar għaddejjin jikkumbattu l-marda tal-kanċer.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali tagħha, Shania Degorgio qalet li matul il-vjaġġ tagħha fl-immudellar, partikolarment dan l-aħħar kienet wegħdet lilha nnifisha li se tuża l-pjattaforma tal-midja soċjali biex tgħin lil dawk li huma fil-bżonn jew dawk li huma inqas ixxurtjati.

Spjegat li bħalissa qiegħda tistudja biex ssir radjografu u li għalhekk ta’ kuljum taffaċċja pazjenti tal-onkoloġija u anke tfal li jkunu għaddejjin mit-trattament tal-kanċer. Din is-sena iddeċidet lii se tgħin lil dawn it-tfal li minħabba problemi ta’ saħħa jkollhom iqattgħu l-Milied l-Isptar.

Fl-istess messaġġ, il-mudella qalet; “Irrd illi niġbru flus biex inkun nista’ nixtri rigal tal-Milied lil dawn il-pazjenti. Għandi l-ħsieb li lejlet il-Milied immur inqassamhom jien stess biex inferraħ lit-tfal, speċjalment lil dawk kollha li jkunu qegħdin jaqtgħu qalbhom u nipprova minn kollox biex il-Milied ikun wieħed sabiħ”.

Hija temmet billi appellat li kull għajnuna mill-pubbliku hija aprezzata. Għal dawk kollha li jixtiequ jagħtu donazzjoni, tkun xi tkun, jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtuhom fuq Revolut fuq in-numru 79090703.

Għal dawk li ma’ għandhomx Revolut, jistgħu jikkuntattjaw lill-mudella Shania Degorgio privatament.

Sport