Saturday, May 4, 2024

Dwar l-isfida tal-bidla fil-klima, pajjiżna qed jibqa’ jkun pro-attiv

...Il-Prim Ministru Robert Abela fil-bidu tal-COP28 f’Dubaj

Aqra wkoll

Dwar l-isfida tal-bidla fil-klima, pajjiżna qed jibqa’ jkun pro-attiv anke fuq livell internazzjonali, inkluż dwar il-ħtieġa ta’ attenzjoni partikolari għal stati żgħar. Dan kien il-messaġġ ewlieni li għadda l-Prim Ministru Robert Abela fil-bidu tas-summit tal-COP28 li qed isir f’Dubaj.

Dr Abela stqarr li l-għażla li ma nagħmlu xejn mhijiex hemm. Qal li jekk ma nagħmlu xejn dwar it-tibdil fil-klima tfisser temp estrem, bħal maltempati qawwija li laqtu lill-Greċja u l-Libja fix-xhur li għaddew.

Tenna li għalkemm jiltaqgħu ta’ kull sena, ma hemmx riżultati tanġibbli biżżejjed. “Qed nitkellem fuq livell globali għax fuq livell ta’ pajjiż kburi li għamilna ħafna, però baqa’ x’isir,” qal il-Prim Ministru. Hawn semma ż-żieda fil-persentaġġ ta’ enerġija rinovabbli f’pajjiżna u l-proġett interessati li tintuża l-enerġija tar-riħ minn fuq l-ibħra tagħna.

“Nemmen li jekk ikun hemm sforz globali hemm ħafna x’jista’ jsir biex inrażżnu ż-żieda fit-temperatura, innaqqsu l-effetti klimatiċi u għalhekk ukoll entużjast li bħala pajjiż, minkejja ċ-ċokon tagħna, inkunu parti minn dan il-proċess globali sabiex immexxu ‘l quddiem inizjattivi għall-ġid tal-umanità,” tenna l-Prim Ministru.

Sport