Monday, May 13, 2024

Fl-Awstralja: Il-Pulizija li uża taser gun fuq anzjana b’akkużi ta’ qtil involontarju

Aqra wkoll

Fl-Awstralja kompla jinstema fil-Qorti Suprema, il-każ kontra l-uffiċjal tal-pulizija f’New South Wales, akkużat li allegatament uża taser gun fuq anzjana Clare Nowland ta’ 95 sena lura għal Mejju li għadda, bil-konsegwenza li mietet. Issa huwa jinsab mixli bi qtil involontarju tal-istess anzjana.

Fil-Qorti, il-prosekuturi qalu li l-uffiċjal ma wettaqx dmirijietu kif suppost u li l-azzjoni li għamel kienet waħda sproporzjonata u eċċessiva, anke minħabba l-fatt li l-anzjana ma kinitx żgħira, minħabba li din kienet f’dar tal-anzjani u bil-possibilitá li l-istess anzjanza f’dak il-perjodu kienet qed tbagħti bid-dimensja.

Min-naħa tagħhom l-Pulizija qalu li l-anzjana Clare Nowland mietet fl-Isptar tal-Awstralja f’Mejju li għadda. Dwar l-inċident innifsu, il-Pulizija spjegat li kollox seħħ, hekk kif huma rċivew rrapport sabiex jassistu f’dar tal-anzjanii f’Cooma fl-Awstralja, hekk kif xi ħaddiema sabu li kien hemm anzjana li kienet qed iġġor sikkina fuqha.

Huma xehdu li meta marru fuq il-post, huma ppruvaw jikkonvinċu lil anzjana sabiex tneħħi s-sikkina li kienet qegħda fuqha u kien allegatament dak il-ħin meta kuntistabbli minnhom uża t-teaser gun fuq l-anzjana, hekk kif din bdiet tersaq viċin tal-Pulizija.

Fid-dokument tal-Qorti kien hemm miktub li White huwa mixli li b’mod mhux xieraq ikkaġuna feriti gravi fuq l-anzjana u li attakkaha bil-konsegwenza li imbagħad eventwalment tilfet ħajjitha.

L-istess dokument iddeskriva fid-dettall l-allegati avvenimenti li wasslu sal-mument li Nowland intuża fuqu t-teaser gun. Fi stqarrija ppublikata onlajn nhar il-Erbgħa, il-Pulizija ta’ New South Wales, qalet li wara parir mill-uffiċju tad-direttur tal-prosekuzzjonijiiet pubbliċi, l-iskwadra tal-kriminalitá tal-istat, ressqet akkuża oħra fil-konfront tal-akkużat li jfisser li dan qed jixli bi qtil involontarju tal-istess anzjana li mietet kawża tat-teaser gun li uża fuqha.

Sadanittat, il-Pulizija mistenni jitressaq il-Qorti fis-6 ta’ Diċembru. Sakemm jittella’ l-Qorti, huwa ġie ordnat sabiex jibqa sospiż mill-kariga tiegħu, filwaqt li għad għandu ċ-ċans li jressaq l-appell tiegħu fil-Qorti.

Sport