Saturday, December 21, 2024

Diskussa b’mod wiesgħa l-viżjoni fil-qasam tal-enerġija mal-imsieħba soċjali

Aqra wkoll

F’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), l-imsieħba soċjali flimkien malMinistru għall-Ambjent, l-Enerġija u u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul u c-Chairman tal-MCESD David Xuereb ddiskutew b’mod wiesgħa il-viżjoni
tal-gvern fil-qasam tal-enerġija.

Fi preżentazzjonijiet mill-inġiniera Ryan Fava, Ismail D’Amato u Marjohn Abela – il-kapijiet eżekuttivi talEnemalta, Interconnect Malta (ICM) u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) rispettivament, ġie spjegat l-investimenti li għaddej fin-network ta’ distribuzzjoni tal-enerġija, l-iskemi u l-miżuri biex
jinċentivaw u jżidu l-użu tal-enerġija rinovabbli minn familji u negozji u l-proċessi biex Malta tkun tista’ tinvesti f’sistemi ta’ enerġija rinovabbli fuq il-baħar.

L-imsieħba soċjali setgħu wkoll jaraw f’aktar dettall kif is-sostenibilità qed tiġi msaħħa fil-qasam tal-enerġija, bil-pjanijiet u investimenti biex jitnaqqas id-distakk bejn l-enerġija ġġenerata minn sorsi tradizzjonali għal dawk li ġejjin mix-xemx u r-riħ.

Setgħu wkoll jifhmu kif l-użu tal-batteriji bħala teknoloġija emerġenti tkompli tagħmel l-investimenti fir-rinnovabbli aktar vijabbli. Il-Ministru Miriam Dalli fakkret kif il-politika tal-gvern f’dan is-settur hija mibnija fuq ħames pilastri li jagħtu
importanza lis-sostenibilità, is-sigurtà tal-provvista, id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, enerġija affordabbli u fejn il-konsumatur jinżamm fiċ-ċentru.

“Fuq distribuzzjoni, fl-aħħar xhur ħdimna u ħdimna ħafna. F’temp ta’ ftit xhur għamilna xogħol ta’ 82km ta’ cables. Dan l-investiment se jkompli fit-tieni fażi. Mil-lat tar-rinnovabbli, fl-aħħar snin ir-REWS nedew diversi skemi li wasslu għall-investiment dirett,” spjegat il-Ministru Dalli.

Rigward proġetti fuq il-baħar, il-Ministru Dalli spjegat kif filwaqt din it-tip ta’ teknoloġija tiġi bi prezz ogħla, dawn it-tip ta’ teknoloġiji innovattivi jappoġġjaw ekonomija li ma tniġġisx.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul kompla fid-diskors billi qal: “Il-laqgħa tal-MCESD tal-lum tikkonferma lpolitika li biha qed jaħdem dan il-gvern u, bħala politiku responsabbli mid-djalogu soċjali, dak li nixtieq nara hu li nkomplu bħala gvern immorru quddiem l-imsieħba soċjali u nagħtu rendikont tax-xogħol li jkun qed isir. B’hekk inkunu qed nirrikonoxxu x-xogħol li l-ħaddiema tas-servizz ċivili u l-ħaddiema kollha tas-settur pubbliku jkunu qed jagħmlu minn wara l-kwinti għall-ġid ta’ dan il-pajjiż”.

Iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb, saħaq li waqt din ir-raba’ laqgħa tal-MCESD, l-imsieħba soċjali ddiskutew l-isfidi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, u l-interconnection ta’ pajjiżna malEwropa. L-imsieħba soċjali fehmu s-sitwazzjoni attwali u ddiskutew id-direzzjoni li Malta għandha tieħu biex
issaħħaħ l-infrastruttura tal-elettriku kemm f’Malta u Għawdex.

Il-Perit Xuereb saħaq li il-koordinament aħjar bejn l-entitajiet tal-Gvern bħal Transport Malta u Infrastructure Malta, qed iħalli l-frott, kif ikkonfermat millMinistru Dalli. L-MCESD irrikonoxxa l-isforzi biex tiġi indirizzata l-ħtieġa nazzjonali ta’ tisħiħ tan-netwerk taddistribuzzjoni tal-enerġija fil-pajjiż.

Il-laqgħa saret ġewwa ċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni ta’ St Andrew’s f’Pembroke, wieħed miċ-ċentri li fiż-żmien li ġej se jsir investment biex tiżdied il-kapaċità taċ-ċentru b’installazjoni ta’ transformer ġdid addizzjonali.

Ekonomija

Sport