Friday, May 3, 2024

Distakk ta’ 28.8% bejn il-mexxejja … Il-PM Robert Abela b’fiduċja ta’ 52.9%

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif għaddew disa’ xhur minn mindu Robert Abela nħatar Prim Ministru, IT-TORĊA kkummissjonat studju xjentifiku mingħand l-istatistiku Vincent Marmara. Minnu jirriżulta b’mod ċar li l-Prim Ministru Robert Abela jgawdi fiduċja ta’  52.9% waqt li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech  igawdi fiduċja ta’  24.1%.  Dan jirriżulta meta  jiġi applikat il-Multiple Imputation technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista’ jiġri f’każ li ssir elezzjoni ġenerali għada. 

Dwar jekk issir elezzjoni ġenerali għada, meta wieħed japplika mudell xjentifiku  Multiple Imputation technique u b’hekk wieħed jipprova joħroġ ir-riżultat aktar ċar tar-riżultati finali ta’ dak li jista jiġri. B’hekk it-tbassir tar-riżultat f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa, 55.7% jivvutaw lil Partit Laburista, 42.2% jivvutaw Partit Nazzjonalista u 2.1% jivvutaw AD/PD jew partiti oħra. 

Filfatt jekk jitqabbel mal-elezzjoni ġenerali tas-sena 2017, dan ifisser 0.7% aktar għall-Partit Laburita u 1.5% inqas għal Partit Nazzjonalista. 

Meta n-nies ġew mistoqsijin lil liema mexxej ta’ partit l-aktar li tafda f’Malta’, fost il-votanti li vvutaw PL fl-2017, 87.6% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 7.1% irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, u 1.1% qalu li ma jafdaw lil ħadd.

Fost il-votanti li ivvutaw PN fl-2017, 64.4% qalu li jafdaw lil  Bernard Grech, 15.6% irrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 6.7 % qalu li jafdaw lil Robert Abela, u 11.1% qalu ‘oħrajn’.

Meta wieħed japplika mudell xjentifiku fuq dawk li rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, wieħed jkun jista’ jsib replacement xjentifika għal dan il-grupp ta’ nies. Dan il-metodu jissejjaħ Multiple Imputation technique u b’hekk wieħed joħroġ il-figuri aktar ċari tar-riżultati finali ta’ bejn iż-żewġ mexxejja. B’hekk it-tbassir xjentifika tar-riżultat bejn il-mexxejja huwa, 52.9% l-aktar li jafdaw lil Robert Abela,  24.1% l-aktar li jafdaw lil Bernard Grech, 15.1% qalu li ma jafux,  2.7% qalu lil ‘ħadd’ u  5.2% qalu ‘oħrajn’. 

Sport