Monday, April 14, 2025

Diversi pajjiżi jikkundannaw lir-Russja wara l-attakk fuq il-belt ta’ Sumy

Aqra wkoll

Diversi pajjiżi fosthom dawk Ewropej u anke l-Istati Uniti kkundannaw bl-aħrax l-attakk kbir li twettaq mir-Russja fuq il-belt Ukrena ta’ Sumy.

F’dan l-attakk inqatlu mill-inqas 34 persuna fosthom tfal kif ukoll 117-il persuna oħra kellhom jiddaħlu l-isptar isofru minn ġrieħi gravi.

L-attakk seħħ ilbieraħ fejn seħħew splużżjonijiet kbar qrib l-Università tal-istat u anke ċentru tal-Kungress. Ġurnalisti minn midja internazzjonali qalu li ftit li xejn raw xeni bħal dawk hekk kif kien hemm diversi persuni maqtulin fit-triq.

Min-naħa tiegħu l-President Trump iddeskriva dan l-attakk bħala “tal-biża’” filwaqt li l-Kanċellier Ġermaniż Friedrich Merz akkuża lir-Russja b’att kriminali tal-gwerra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport