Friday, May 10, 2024

Diversi rebbieħa fil-kampjonati nazzjonali tat-table tennis

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis kompliet bil-kampjonati nazzjonali tagħha fejn din id-darba daħlu fl-azzjoni plejers mill-kategoriji ta’ taħt il-15-il sena, taħt id-19-il sena u taħt il-21 sena.

Kien hemm kompetizzjoni tas-singles u d-doubles fejn diversi plejers ikkonfermaw il-potenzjal tagħhom filwaqt li oħrajn tejbu l-pożizzzjoni tagħhom fir-rankings.

Neil Incorvaja rebaħ l-kompetizzjoni individwali maskili fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena b’Oliver F.Thorne li temm fit-tieni pożizzjoni. Mill-banda l-oħra, Julia Bonnici spiċċat rebbieħa fil-kompetizzjoni femminili segwita minn Julia Spiteri.

Fl-istess kategorija ta’ eta’ Matthew Zammit u Neil Incorvaja rebħu l-kompetizzjoni doubles segwit minn Oliver F Thorne u Sebastian F Thorne.

Fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena, Luke Bonello rebaħ il-kompetizzjoni maskili segwit minn Oliver F Thorne. Rachel Mifsud kienet l-ewwel plejer femminili ta’ din il-kategorija segwita minn Alice Mariani.

Fid-doubles, Anthea Cutajar u Neil Incorvaja kienu aħjar mid-duo Luke Fenech u Alice Mariani li spiċċaw fit-tieni post.

Finalment kien hemm ukoll kompetizzjonijiet fuq livell ta’ taħt il-21 sena fejn Conrad Puli spikka fis-singles meta rebaħ il-kategorija tiegħu segwit minn Luke Bonello. Fin-nisa kien hemm Alice Mariani li kienet aħjar minn Anthea Cutajar li spiċċat fit-tieni post.

Fil-mixed doubles, Luke Fenech u Sabine Darmanin kisbu r-rebħa finali b’Luke Bonello u Alice Mariani li ġew fit-tieni post.

Sport