Tuesday, April 30, 2024

Diversi żoni tal-Kanada jippreparaw għall-qilla tal-Uragan Fiona

Aqra wkoll

Mijiet ta’ eluf ta’ persuni spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku hekk kif l-Uragan Fiona beda juri l-qilla tiegħu fil-Kosta Atlantika tal-Kanada.

Matul l-aħħar sigħat partijiet minn Noava Scotia, Prince Edward Island u New Brunswick esperjenzaw xita torrenzjali u riħ b’qawwa ta’ 148 mil fis-siegħa. Iċ-Ċentru tal-Uragani tal-Kanada kien wissa li dan l-uragan jista’ jkun avveniment storiku fil-qilla tiegħu, u għalhekk saru għadd ta’ preparamenti għall-għargħar u anke f’dik li hi provvista tal-elettriku. Fil-jiem li għaddew l-uragan Fiona diġà ħalla ħerba   f’għadd ta’ gżejjer fil-Karibew fejn sfortunatament ħa l-ħajja ta’ mill-inqas tmien persuni.  

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħeġġeġ liċ-ċittadini biex jibqgħu f’post li huwa sigur u jagħtu widen għall-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet.  

Intant, l-istat ta’ Florida ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika wkoll jinsab mhedded din id-darba mill-Uragan Ian hekk kif fl-aħħar sigħat dan għadda minn fuq il-Karibew u mistenni li jiżviluppa f’uragan maġġuri l-ġimgħa li ġejja hekk kif joqrob lejn Florida.

Sport