Thursday, April 18, 2024

“Ilbieraħ rajtek l-aħħar missier … issa daqshekk rajtek”

Iben il-vittma tal-inċident f'Birżebbuġa jsellem lil missieru

Aqra wkoll

“Fejn qatt kelli nobsor li lbieraħ rajtek l-aħħar missier għax dalgħodu ma lħaqtekx. Sal-bieraħ ġejt naqbad miegħek fuq is-sodda qabel ħriġt u issa daqshekk rajtek. Ħu ħsiebna minn hemm fuq.” Iddikjara dan iben John Zammit; ir-raġel ta’ 51 sena li aktar kmieni dalgħodu kien involut f’inċident traġiku fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa.

Kien għall-ħabta tal-10:30 a.m meta xi pumpiera li kienu għaddejjin viċin l-għalqa li kien qiegħed jaħdem fiha r-raġel meta resqu viċin minħabba li nnutaw li kien hemm xi ħaġa mhux flokha.

Minnufih issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku, iżda minkejja l-isforzi kollha, John kien iċċertifikat mejjet fuq il-post kawża tal-ġrieħi li sofra waqt li kien qiegħed jaħdem ir-raba’.

Ekonomija

Sport