Friday, November 15, 2024

Donald Trump ikeċċi lil uffiċjal li kkontradixxa d-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar frodi elettorali

Aqra wkoll

Donald Trump qal li keċċa lil uffiċjal għoli fil-kampanja elettorali tiegħu wara li dan kien ikkontradixxa d-dikjarazzjoni tal-President dwar frodi elettorali.

Il-President Trump qal li kien “ittermina” l-kap tal-Aġenzija għas-Sigurtà Ċibernetika u s-Sigurtà Infrastrutturali (Cisa) Chris Krebs minħabba r-rimarki żbaljati li kien għadda dwar l-integrità elettorali.

Trump baqa’ ma kkonċediex l-elezzjoni Amerikana u għamel dikjarazzjonijiet ta’ fordi elettorali “massiċċa”.

Min-naħa l-oħra uffiċjali elettorali qed jgħidu li din l-elezzjoni kienet “l-aktar sigura” fl-istorja tal-Istati Uniti.

Ekonomija

Sport