Il-Ġappun ressaq formalment nhar it-Tlieta, protesta kontra l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll miċ-Ċina li se jillimitaw l-esportazzjoni tiegħu ta’ kimika ewlenija użata fil-manifattura ta’ ċipep tal-kompjuter. Il-gvern Ġappuniż iddikjara li qed jistudja l-impatt potenzjali ta dawn il-miżuri fuq il-kumpaniji Ġappuniżi.
Iċ-Ċna imponiet dawn ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tad-diklorosilan mill-Ġappun, bir-raġunament li l-esportazzjoni ta’ dan il-materjal, magħruf ukoll bħala DCS, kisret ir-regolamenti kontra d-dumping u għamlet ħsara lill-industrija domestika Ċiniża.
Il-kumpaniji li jimportaw il-kompost kimiku mill-Ġappun issa jridu jiddepożitaw flus kontanti lid-dwana Ċiniża b’rati li jilħqu sa 99.2%. Din il-miżura tapplika għal Shin-Etsu Chemical u Denal Silane, fost esportaturi Ġappuniżi oħra tad-DCS.
Ir-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Ġappun ilhom jiħżienu minn Novembru, meta l-Prim Ministru Ġappuniż Sanae Takaichi rrabjat lil liċ-Ċina billi ssuġġeriet li l-militar tal-Ġappun jista’ jintervjeni jekk iċ-Ċina tuża forza militari kontra t-Tajwan – gżira b’awtonomija proprja li ċ-Ċina tqis bħala parti mit-territorju tagħha.
Il-kelliem ewlieni tal-gvern Ġappuniż, is-Segretarju Ewlieni tal-Kabinett Minoru Kihara, ipprotesta kontra dawn il-kontrolli u stqarr li pajjiżu se “jirreaġixxi b’mod xieraq” biex jevita ħsara inġusta lill-kumpaniji Ġappuniżi.
Il-Ministeru tal-Kummerċ taċ-Ċina nieda investigazzjoni antidumping dwar id-DCS Ġappuniżi bħala parti minn diversi miżuri kontra l-Ġappun. Iċ-Ċina imponiet ukoll kontrolli fuq l-esportazzjoni għal ditti Ġappuniżi fir-rigward ta’ oġġetti b’użu doppju li jistgħu jintużaw għal skopijiet militari.
Id-DCS jintuża fi proċess ta’ depożizzjoni kimika mill-fażi tal-fwar biex jiġu applikati saffi rqaq ta’ silikon, ossidu jew films oħra fuq ċipep loġiċi u tal-memorja tas-semikondutturi.

