Is-Suwiċidju: U Jien x’Jimportani … Mark Xuereb imexxi t-tim f’kazi ta’ krizi

Aqra wkoll

Tliet kelmiet. Smajt kollega jlissinhom fl-agħar mumenti. Reċentament, professjonista li sabet ruħha fi kriżi tkellmet ma’ direttur; ħadet tweġiba insensittiva. Il-professjonista għalhekk sejħet lilna. Għalija biżżejjed ngħid li għall-grazzja t’Alla għadha ħajja! Spiss inħammem kemm setgħet spiċċat differenti dil-biċċa, u kemm-il darba jingħad dan b’mod jew ieħor.

U ara naħsbu li din hi xi logħba li fiha l-ħmar iwaħħal f’denbu! Dan hu sforz biex naraw li kulħadd jagħraf ċar is-sitwazzjoni, għaliex żgur li nuru interess li kieku nifhmu xi jkun eżattament qiegħed jiġri quddiem għajnejna.

Dan hu li propjament iseħħ; jidħol xi ħadd fl-uffiċċji tagħna jġorr tagħbija u jkollu maskra m’għajnejh, jiżen b’għafsa ta’ qalb kif ineħħi sew it-toqol tat-tagħbija kemm l-għamad minn m’għajnejh imma jiġi wiċċ’imb wiċċ mal-kelmiet “x’jimpurtani” jew isib il-bieb magħluq mill-ewwel jidħol f’qoxortu, iħossu umiljat, jiħmar wiċċu bil-misthija u hu proprju dan li lil ħafna ineħħilhom l-aħħar xaqq ta’ tama.

Esperjenza oħra qarsa hi meta ssib minn jgħib, jisparixxi. Hawn min jisparixxi mal-ewwel kun. Kunflitt – bla ebda spjegazzjoni u allura tintilef l-opportunita` għalxiex wiehed joħroġ mill-kriżi b’sodisfazzjon għal kulħadd. Każi hekk jirriżultaw f’telfa doppja li taf tħalli warajha dulur dejjiemi, u dan hu ħafna agħar milli wieħed ma jaċċettax malajr u jkollu bżonn ta’ ftit iktar paċenzja (Leckfor et al, 2023).

Bi swied ta’ qalb ngħidu li ġieli dawk li jirnexxilhom joħorgu mill-kriżi jiġu mlaqqma aggressuri u jiġu akkuzati b’fastidju. Kull każ iġorr miegħu weġġħat tabilħaqq li jibqgħu ma jiġux indirizzati.

L-imlaqqam “narċisissta” jkollu jgħaddi mill-fatt li ma jiġix aċċettat. L-imgħallem, il-ġenitur, l-eks, eċċ. malajr jiġu insultati mal-ewwel nuqqas ta’ qbil. Ħadd ma jista’ jkun sempliċement “narċisissta” għax is-sitwazzjoni tibqa’ għaddejja: tratti narċisissti li ħafna minna aħna mogħnija bihom u li anki jistgħu juru stat tajjeb ta’ saħħa meta jkunu moderati, waqt li meta jwasslu għal diżordni narċisissta fil-personalita` jkunu jeħtiegu dijanjożi formali biex jiġi vverifikat kemm ikun naqas il-livell b’mod persistenti u pervassiv (Ronningstan, 2010). Infakkru li l-midja soċjali la trawmet u lanqas m’għandha s-sabar biex tidħol fid-dettall.

L-istess japplika ghal termini “tossiċi” u “newrodivergenti” li jingħadu jew jinkitbu mingħajr ebda definizzjoni xjentifika. Dan jagħmel parti minn dak li r-riċerkaturi jsejħu “kunċett li jidħol inkiss inkiss mill-bieb ta’ wara”, jigifieri lingwa li tnissel il-ħsara u li tant tintuża b’abbuż li titlef l-istess tifsira tagħha (Haslam, 2016). Hi x’inhi t-tifsira ta’ dawn it-termini, l-uġigħ li jikkawzaw jibqa’ sinifikanti.

Il-midja soċjali tippriedka sabiex tinqata’ bla eċċezzjoni kull rabta minn man-“narċisissti”, jew minn mat-“tossiċi”, jew minn man-“newrodivergenti”. Imma hu dejjem faċli li titwarrab minn ma’ xi familjari jew kollega li tkun marbut miegħu bid-demm jew biċ-ċirkostanzi? Inwarrbu anki kunflitti sani li jkunu essenzjali u dan biex nimmaturaw u nitgħallmu – fatturi protettivi għas-suwiċidju. M’għandniex xi ngħidu, l-abbuż dejjem hu abbuż u allura dejjem hemm il-ħtiega għalih li jiġi indirizzat. Qatt m’għandna ninqatgħu għal rasna billi nużaw it-teknoloġija biex nabbużaw jew indejqu lil xi personalitajiet jew professjonisti.

Issir ħsara meta tintuża t-teknoloġija kontra l-personalitajiet pubbliċi u l-professjonisti għaliex ħafna drabi l-kunfidenzjalita` ma tippermettix li tali professjonisti jwieġbu lura, jikxfu l-gideb jew u juru l-ħazen ta’ dak li jkun inkiteb. Ċerti rimarki jikkawzaw “psychache” u minn hemm jidħlu l-ħsibijiet u l-ideat għas-suwiċidju (Klonsky, 2015). Taħsbux li qegħdin nivvintaw! Is-sena l-oħra tajna l-kura minħabba f’hekk lil mill-inqas tmien professjonisti.

It-tema komuni hawnhekk hi li ninqatgħu għal rasna. Sitwazzjoni li tissupera s-solitudni u tiġbor fiha r-rabta man-nies l-oħra, l-iskopijiet ta’ ħajjitna, kollox xi jfisser għalina, ir-rwoli, l-obbligazzjonijiet u dak kollu li jzommna ngħixu ħajjitna.

Allura x’jippromwovi l-appertenenza? Strategija a la Magna Carta tagħmel tluq tajjeb. It-tim tagħna b’tant ħila abbozza fl-2015. 

L-Istrategija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju f’Malta hi tajba imma llimitata peress li mhux il-partijiet kollha interessati kienu involuti. Intemmu s-Suwiċidju, il-fondazzjoni imminenti nazzjonali tagħna, timmira biex tkun il-qawwa li tippromwovi l-involviment settorjali hekk kif tavzana l-WHO (2021).  Dan għandu jġibna iktar effiċjenti biex insalvaw il-ħajjiet.

Ir-rappurtaġġ tas-suwiċidji hu żona oħra fejn l-appartenenza tiffjorixxi. Ktibna lill-awtoritajiet dwar każ reċenti fil-Qorti nazzjonali li kien fih deskrizzjonijiet grafiċi tal-imgiba suwiċidali. Ladarba dettalji sensazzjonali jippromwovu s-suwiċidju (Marzano et al., 2018), bżajna li jista’ jkollna awmentazzjoni tas-suwiċidju. Grazzi għalihom li kienu pronti javzaw lill-Avukati u lill-gurnalisti madwar iż-żewġ gzejjer biex jieħdu azzjoni xierqa. Ninstab ċert li ġew salvati xi ħajjiet. It-telefonati (Milner, 2015), li nqattgħu l-ħin fi gruppi soċjali, terapiji mal-ispeċjalisti (Brown, 2005), ir-Religjon u l-Edukazzjoni, kollha  jgħinu biex insalvaw il-ħajjiet.

L-Edukazzjoni tiġbor fiha li jkollna l-aħjar korsijiet skolastiċi: il-Kors tal-Ewwel Għajnuna għas-Saħħa Mentali hu pass ‘il quddiem fid-direzzjoni t-tajba, għax dan iżid il-kunfidenza ta’ min jagħmel l-intervisti biex jistaqsi dwar is-saħħa mentali. B’danakollu, għad m’hemmx evidenza li dal-kors (kif ukoll oħrajn li nsibuhom lokalment) jista’ jbaxxi r-rata tas-suwiċidju. Lanqas ma jżidu r-riferti lis-servizzi relatati. Dal-qawmien fid-dinja akkademika qed iżżid b’veloċita` biex it-teknika bbażata fuq l-evidenza tkun irriċerkata u ddistribwita sabiex inkunu nistgħu nifhmu aħjar xi jkun qiegħed jiġri madwarna. Issa nsibu wkoll kors speċjalizzat li jgħin biex iwaqqaf l-uġigh lil hinn min-numri.

Il-kors, mogħti minn professjonisti kkwalifikati u bl-esperjenza, hu għoqda ta’ tekniċi mastizzi li jgħinu l-iffrankar lill-Kaxxa ta’ Malta. Nammettu li mhux it-tekniċi kollha għandhom l-istess livell ta’ evidenza, imma huma ekonomiċi u ta’ min jagħmilhom għallinqas sakemm tasal xi ħaġa aqwa. Il-verifika ta’ dawn it-tekniċi hi kruċjali. Li jkollna Segretarju Parlamentari għall-prevenzjoni tas-suwiċidju u wkoll uffiċċju għall-prevenzjoni tas-suwiċidju hekk kif għandhom barra minn Malta, iċaqlaq kif is-soċjeta` taħsbiha u taġixxi sabiex tipprevjeni s-suwiċidju.

Ma’ dan ukoll għandu jkun obbligatorju li d-diriġenti jitrawmu fl-evidenza. Mingħajr ma nrawmu l-għarfien tas-psychache, id-diriġenti ma jkunux jistgħu jimmodellaw ir-reazzjoni li għandu jkollhom dawk ta’ taħthom. Dawk ta’ taħthom jagħrfu kif iżommu ħalqhom magħluq. Postijiet tax-xogħol fejn l-uġigħ ma jitlissinx jagħtu lok għall-kultura tas-suwiċidju.

Kemm-il darba nibqgħu ma nagħmlu xejn, inkunu qegħdin, bla ma nindunaw, nikkontribwixxu; li ndawru wiċċna mhix imgiba newtrali; tista’ tiswa traġedja lil familji, lil ulied, dan kollu għax kien hemm min kellu l-bżonn li jsib imqar persuna waħda li tgħid: “jien jimportani”. Xi kultant biex ma nħallux suwiċidju jsir, kulma jkun hemm bżonn li jingħadu dawn iż-żewġ kelmiet. Hemm bżonn li nibdlu n-narrativa  billi nibdew taħdita kif jikkonsilja t-tim għall-prevenzjoni tas-suwiċidju tal-WHO.

Mhux biss Fil-Jum Dinji ghall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju li jaħbat f’Settembru, imma anki fil-ġranet kollha, nagħzlu aħna li jkun jimportana minn dak li naraw fil-familji, fl-uffiċċji, fit-toroq, eċċ. Iktar minnhekk jekk inti stess qed tissielet miegħek innifsek jew jekk tara lil xi ħadd ghal qalbek li jkun qed jissielet miegħu nnifsu, It-tim għall-Kriżi hu dejjem hemm, lejl u nhar,  fuq in-numru +356 9922 9966 jew fuq crisismalta.com.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport