Tuesday, September 8, 2026
Home Internazzjonali Tmut Miss Awstrija 2024

Tmut Miss Awstrija 2024

0
48

Id-dinja tal-moda llum sellmet lil Miss Awstrija 2024 hekk kif tħabbar li kienet tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-mard li kellha.

Lucia Sisic ta’ 22 sena kienet rebħet it-titlu ta’ Miss Awstrija fl-2024. Kienet qalet b’mod pubbliku li hija kellha problemi f’qalbha u dawn il-problemi kienu hemm mit-twelid.

Kienet qalet ukoll li kellha tagħmel diversi operazzjonijiet, iżda hi qatt ma qatgħet qalbha u dejjem kienet temmen li tista’ tirbaħ diversi unuri kif fil-fatt għamlet.

Fix-xitwa tas-sena li għaddiet fuq il-midja soċjali kienet qalet li kienet għamlet is-7 operazzjoni f’qalbha u rnexxielha tirbaħa wkoll… iżda fl-aħħar sigħat il-familja tagħha ħabbru li hija kienet mietet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here