Goalkeeper ta’ 36 sena minn mix-xlokk ta’ Londra jista’ jħalli l-football Ingliż tad-dilettanti biex isir ir-Re l-ġdid tar-Renju ta’ Tooro fl-Uganda.
George Desmond Kamurasi, li jilgħab u hu wkoll il-captain ta’ SE Dons f’Bexleyheath, intgħażel mill-Kumitat Irjali tas-Suċċessjoni, magħmul minn 21 membru, biex jieħu post il-kuġin tiegħu, ir-Re Oyo Nyimba Kabamba Iguru Rukidi IV.
Ir-Re Oyo miet fl-Istati Uniti, fis-27 ta’ Awwissu, waqt li kien qed jirċievi kura speċjalizzata għall-kanċer. Huwa kien sar re fl-1995, meta kellu biss tliet snin, u kien magħruf bħala l-iżgħar monarka renjanti fid-dinja.
Kamurasi, li jgħix fir-Renju Unit ma’ martu u ibnu, għandu dubji dwar jekk jaċċettax din ir-responsabbiltà kbira, minħabba li ma jridx iħalli ħajtu u l-familja tiegħu fl-Ingilterra.
Fl-Uganda, id-deċiżjoni wkoll qajmet reazzjonijiet differenti, b’uħud jemmnu li jista’ jġib enerġija ġdida, filwaqt li oħrajn jistaqsu jekk ċittadin Brittaniku għandux imexxi r-renju.
Jekk jaċċetta, id-dikjarazzjoni formali tiegħu bħala re tista’ ssir sa mill-ġimgħa d-dieħla. Ironikament, jista’ jkollu jitlef il-funeral tal-kuġin tiegħu minħabba logħba ta’ SE Dons skedata fl-istess jum.




