Tony Farrugia baqa’ jissoprendi hekk kif fl-aħħar sigħat kiser Guinness World Record ieħor. L-istess rekord kien diġà f’idejh, iżda Farrugia ried li jibqa’ jkabbar il-vantaġġ.
Fil-fatt hu rnexxielu jerfa’ mara li tiżen 48.1kg bis-subgħajh ż-żgħir. Qabel ir-rekord tiegħu stess kien meta refa’ mara ta’ 40kg.
Waqt dan kollu, Farrugia kien qiegħed jiġbor fondi b’risq Victim Sapport Malta.

