Friday, December 27, 2024

Donald Trump jitlob lill-gvernatur ta’ Georgia biex ma jaċċettax ir-riżultat elettorali

Aqra wkoll

Il-President uxxenti Amerikan Donald Trump ilbieraħ ipparteċipa fil-kampanja ta’ żewġ senaturi Repubblika fl-istat ta’ Georgia, f’rally li wħud minn dawk fil-partit tiegħu qed jaħsu li se jispiċċa jagħmel aktar ħsara milli ġid hekk kif kompla jiffoka fuq kif se jdawwar ir-riżultat elettorali li sofra.

Fl-ewwel dehra f’rally mindu tilef l-elezzjoni presidenzjali kontra Joe Biden fit-3 ta’ Novembru li għadda, Trump fakkar lill-folla preżenti li kien żar l-istat ta’ Georgia biex jipperswadihom jivvotaw lil kandidati Repubblikani fl-elezzjoni li se tkun qed tiżvolġi fil-5 ta’ Jannar li ġej.

Madankollu huwa reġa’ beda jirrepeti l-allegazzjonijiet tiegħu, mingħajr ma ppreżenta l-ebda evidenza, fir-rigward ta’ frodi elettorali fl-elezzjoni presidenzjali.

Huwa kompla anke l-attakki tiegħu fil-konfront tal-gvernaturi ta’ Georgia, ir-Repubblikan Brian Kemp. Matul il-jum tal-bieraħ Trump ċempel lil Kemp u għamillu pressjoni fuq Twitter biex jgħinu jdawwar ir-riżultat elettorali ta’ Novembru.

L-allegazzjonijiet ta’ Trump dwar frodi elettorali kienu rifjutati minn uffiċjali statali u federali madwar il-pajjiż, u l-kampanja tiegħu tilfet kważi l-każi kollha li fetħet fid-diversi qrati fil-pajjiż.

Biden huwa l-ewwel kandidat presidenzjali li rebaħ l-istat ta’ Georgia sa mill-1992. L-għadd mill-ġdid tal-voti ma rriżultaws f’irregolaritajiet sinjifikanti.

Ekonomija

Sport