Monday, April 29, 2024

Donny van de Beek mhux se jinżamm minn Eintracht Frankfurt

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Olandiż Donny Van de Beek mhux se jinżamm minn Eintracht Frankfurt fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u għalhekk se jirritorna ma’ Manchester United sa mill-bidu ta’ Lulju.

L-eks plejer ta’ Ajax Amsterdam jinsab fuq bażi ta’ self mat-tim minn Frankfurt iżda d-diriġenti ta’ dan it-tim mhux se japplikaw il-formola li jżommuh billi jħallsu €11-il miljun.

Van de Beek lagħab biss 365 minuta fil-Bundesliga li fihom jinkludu disa’ logħbiet, numri ftit wisq biex jimpressjonahom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport