Monday, April 29, 2024

Raul Garcia se jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun

Aqra wkoll

L-attakkant Spanjol Raul Garcia ħabbar li fl-aħħar ta’ dan l-istaġun se jkun qed iħalli l-futbol milgħub. Issa li għandu 38 sena, Garcia qal li m’għadux żgħir u jixtieq jieqaf proprju issa li riesaq tmiem l-istaġun.

Bosta partitarji ta’ Athletic Bilbao faħħru l-professjonalita’ ta’ dan il-plejer li lagħab 355 partita mat-tim Bask u skorja 83 gowl waqt li libes ukoll il-flokkijiet ta’ Osasuna u Atletico Madrid.

Raul Garcia rebaħ diversi trofej fil-karriera tiegħu fosthom Super Cup , Copa del Rey, UEFA Europa League u żewġ Super Cups Ewropej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport