Wednesday, July 24, 2024

Douglas Luiz jingħaqad ma’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus għadhom kemm ħabbru li akkwistaw lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan Douglas Luiz. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u għadu kemm temm l-avventura tiegħu ma’ Aston Villa fejn kien ilu magħhom sa mis-sena 2019. Fil-fatt hu lagħab 204 logħbiet u skorja 22 gowl.

Luiz, li lagħab ukoll 15-il darba ma’ pajjiżu, qal li jinsab kuntent li se jilbes il-flokk abjad u iswed tal-klabb u se jagħmel minn kollox sabiex jimpressjona. Jingħad li ċ-ċifra biex Juventus xtraw lil Douglas Luiz tlaħħaq il-€50 miljun.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport