Saturday, July 20, 2024

It-tim nazzjonali Malti se jipparteċipa fl-International Beach Soccer Tirrenia 2024

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-Beach Soccer Team se jkun fl-azzjoni din il-ġimgħa u se jipparteċipa fl-International Beach Soccer Tirrenia 2024 li se jsir f’Tirrenia, l-Italja.

Kollox lest biex jibda nhar il-Ħamis bl-ewwel konfront għal Malta f’nofsinhar kontra n-Norveġja.

Nhar is-Sibt, f’partita li tibda wkoll f’nofsinhar, il-Maltin jilagħbu mal-Greċja fit-tieni konfront.

Il-Coach ta’ Malta Marco Casarsa għadu kif ħabbar lista ta’ 12-il plejer għall-partiti li ġejjin f’din il-kompetizzjoni għall-Maltin.

Il-lista tal-players magħżula hija din:-

Goalkeepers – Brandon Muscat, u Jonathan Grech.

Outfield players – Daryl Micallef, Nezar Abouaisha, Sheldon Mizzi, Karl Caruana, Brandon Lee Bray, Saturday Nanapere, Beppe Barone, Matthew Aggius, Christian Baker, Claudio Venuto.

Il-kontinġent Malti se jkun immexxi mill-Kap tal-Futsal u l-Beach Soccer fi ħdan il-Malta FA Mark Marlow, fir-rwol tiegħu din il-ġimgħa bħala Kap tad-Delegazzjoni.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport