Saturday, November 16, 2024

Dr Alexander Attard maħtur Kummissarju ġdid għall-anzjani

Aqra wkoll


Dr Alexander Attard inħatar bħala l-Kummissarju ġdid għall-Anzjani. Huwa se jibda jokkupa din il-kariga mil-lum, is-7 ta’ Diċembru 2023.

Dr Alexander Attard studja l-mediċina fl-Università ta’ Malta u l-Università ta’ Leeds fir-Renju Unit. Huwa beda jaħdem bħala kirurgu fl-Università ta’ Malta u l-Isptar San Luqa fl-1993.

F’dan l-isptar huwa waqqaf iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trapjanti tal-Kliewi (Renal Transplantation and & Dialysis Access Services). Dan is-servizz nazzjonali sar awtonomu. Fil-qasam tal-kirurġija huwa introduċa f’Malta dawn il-proċeduri innovattivi; Live Donor Renal Transplantation, Carotid Endarterectomy, Distal Limb Calvage Procedure u Laparoscopic Endocrine Surgical Procedure. Minbarra dan, kien awtur ta’ studju dwar l-uġigħ, li huwa ċitat bħala wieħed mill-mitt l-aktar artikli importanti u influwenti fid-dinja tal-kirurġija.

Wara karriera twila fil-kura akuta ta’ mijiet ta pazjenti, bil-maġġor parti tagħhom anzjani, Dr Attard irtira mis-servizz pubbliku aktar kmieni din is-sena u huwa impenjat li jassumi l-irwol sensittiv ta’ Kummissarju għall-persuni anzjani.
Il-Ministru Jo Etienne Abela awgura lil Dr Attard għal din il-kariga ġdida, filwaqt li rringrazzja lill-Professur Godfrey Laferla tax-xogħol siewi tiegħu fil-qadi ta’ dmirijietu f’din il-kariga.

Ekonomija

Sport