Monday, May 13, 2024

Malta bl-akbar tkabbir ekonomiku fit-tielet kwart tas-sena

Aqra wkoll

Ċifri ppubblikati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, juru li bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, Malta kellha l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. 

Il-Eurostat qal li meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena, Malta kellha żieda ta’ 2.4% fit-tkabbir ekonomiku segwita mill-Polonja b’1.5% u Ċipru b’1.1%. Ir-rata ta’ pajjiżna tiżboq sew il-medja fil-pajjiżi tal-UE u anke fiż-żona Ewro. L-akbar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku kien irreġistrat fl-Irlanda, l-Estonja u l-Finlandja. 

Ċifri oħra juru kif fit-tielet kwart tas-sena, Malta kellha l-akbar żieda fl-impjiegi meta mqabbel mal-kwart ta’ qabel. Jirriżulta li pajjiżna kellu żieda ta’ 1.4% fl-impjiegi, bl-istess ammont bħal-Litwanja. 

Sport