Urugwaj………….. 0
Korea t’Isfel…….. 0
F’partita bilanċjata li ma laħqitx l-aspettattivi mixtieqa l-Urugwaj u l-Korea t’Isfel temmew fi draw ta’ 0-0 biex dan kien ir-raba’ riżultat ta’ mingħajr goals minn 14-il partita.
Iż-żewġ timijiet bħal donnhom kienu kuntenti li jilagħbu għad-draw u ma tantx irriskjaw wisq.
Il-Korea ffollaw nofs il-ground biex jagħlqu l-ispazji kollha neċessarji iżda ma ndirizzax xutt wieħed fil-lasti avversarji.
Min-naħa tal-Urugwaj, dawn ġew imċaħħda darbtejn mil-lasta … lejn tmiem l-ewwel taqsima minn daqqa ta’ ras ta’ Diego Godin u lejn tmiem il-partita minn kanunata ta’ Federcio Valverde minn 25 metru bogħod.
Dan ir-riżultat kien ifisser li l-Urugwaj issa ilhom ma jsofru goal fil-fażi tal-gruppi ta’ din il-kompetizzjoni għal ħames logħbet jew aħjar 465 minuta. Infatti l-aħħar player li skorja kontra tagħhom kien l-Ingliż Wayne Rooney, fl-2014.
Urugwaj: Sergio Rochet, Mathias Olivera (Matias Vina 78), Jose Gimenez, Diego Godin, Martin Caceres, Rodrigo Bentancur, Matias Vecino (Nicolas de la Cruz 78), Federico Valverde, Darwin Nunez, Luis Suarez (Edinson Cavani 64), Facundo Pellistri (Guillermo Varela 88) – Coach: Diego Alonso
Korea t’Isfel: Kim Seung- Gyu, Jin-Su Kim, Kim Young-Gwon, Min-Jae Kim, Kim Moon-hwan, Woo-Young Jung, Hwang In-Beom, Na Sang-Ho (Gue-sung Cho 74), Lee Jae Sung, Son Heung-Min, Ui-jo Hwang (Kang-in Lee 74) – Coach: Paulo Bento
Referee: Clement Turpin (Franza)
Assistenti: Nicolas Danos, Cyril Gringore (France)
Ammoniti: M. Caceres (U); Cho Gue-Sung (K)