Tuesday, April 23, 2024

Żewġ ħaddiema jweġġgħu wara li waqgħu minn għoli f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Żewġt irġiel weġġgħu wara li għall-ħabta tad-9:30 a.m kienu involuti f’inċident li seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Qawra f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Indjan ta’ 57 residenti Tal-Pietà li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem. Waqt li kienu fuq il-post, il-Pulizija rċeviet rapport li kien waqa’ raġel ieħor faċċata tas-sit fejn kien weġġa’ l-ewwel raġel. Mal-wasla tagħhom huma sabu li ħaddiem ieħor, Tork ta’ 45 sena residenti l-Gżira kien waqa’ wkoll waqt li kien qed jagħmel xi xogħol minn fuq sellum.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ ħaddiema lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard it-Tork ġie ċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-Indjan sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport