Wednesday, April 24, 2024

Draw bejn Valletta u Birkirkara f’partita bilanċjata

Aqra wkoll

Valletta……………..1

Birkirkara………….1

F’partita ferm bilanċjata u akkanita, ir-rivali Valletta u Birkirkara temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.

Birkirkara fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta minn corner mogħti minn Matteo Fedele, YANNICK YANKAM, kellu d-daqqa ta’ ras preċiża tiegħu li ntemmet ġewwa.

Valletta ġabu l-iskor indaqs fl-34 minuta meta Shaun Dimech għadda tajjeb lejn l-eks tal-partita, FEDERICO FALCONE, li b’xamma kbira għall-goal tefa’ ġewwa.

Fis-76 minuta, xutt ta’ Brandon Paiber għal Valletta għadda ftt għoli.

Valletta: 99-Cain Formosa, 3-Enzo Ruiz, 9-Andrea Zammit (8-Triston Caruana 84), 10-Shaun Dimech, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 20-Federico Falcone (91-William Jebor 84), 21-Steed Bradley Fewo Kamdem, 22-Brandon Paiber, 66-Esllt Sala, 80-Joseph Willy, 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef

Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 5-Enrico Pepe, 7-Alex Da Paixao Alves (10-Paul Mbong 66), 8-Yannick Yankam, 11-Kurt Zammit, 20-Matteo Fedele (2-Osvaldo Iorio 60), 22-Cain Attard, 30-Daniel Enzo Cabrera, 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 92-Kevin Tulimieri (99-Andrei Ciolacu 60) Coach: Giovanni Tedesco

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: James Muscat u Shaun Calleja.

Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia

Skorers: Y. Yankam 19 (B). F. Falcone 34 (V)

Ammoniti: Y.Yankam, A. Da Paixao Alves (B), J. Willy (V)

Player tal-Logħba: Joseph Willy (Valletta)

Sport