Thursday, March 28, 2024

Imut l-eks President tal-Pakistan Pervez Musharraf

Aqra wkoll

L-eks President tal-Pakistan Pervez Musharraf, li tela’ fil-poter wara kolp ta’ stat fl-1999, miet fl-età ta’ 79 sena. 

Fi stqarrija maħruġa mill-armata tal-pajjiż intqal li l-eks mexxej – li serva bħala President fis-snin bejn l-2001 u l-2008 – miet wara marda twila.

Fis-snin li għaddew, kien hemm diversi tentattivi fuq ħajtu, u sab ruħu fuq quddiem fil-ġlieda bejn l-Islamisti militanti u l-Punent. 

Fl-2008 huwa sofra telfa fl-istħarriġ u ħalla l-pajjiż sitt xhur wara. Meta rritorna lura fl-2013 biex jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni, ġie arrestat u mwaqqaf milli jagħmel dan.

Huwa ġie akkużat bi tradiment u kien ikkudannat għall-mewt “in absentia”, iżda d-deċiżjoni ġiet rivokata ftit inqas minn xahar wara.

Huwa telaq mill-Pakistan lejn Dubai fl-2016 biex ifittex kura medika u kien ilu jgħix f’eżilju fil-pajjiż minn dakinhar. 

Ekonomija

Sport