Wednesday, April 24, 2024

Inbidel totalment bil-Kokaina, riedha tiffilmja l-atti sesswali, spiċċa abbuża sesswalment lil bintha

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Taljan li kien deportat minn Malta lejn l-Italja xhur ilu, kien spiċċa jagħmel bejn 20 u 30 telefonata lil mara li kien għamel żmien jgħix magħha f’Malta u li minnha kellu ukoll tifel. Ir-raġel, li l-mara kienet tafu mindu kienu tfal għax kienu ġirien u anke kienu jilgħabu flimkien, kien beda jagħmel kuntatt magħha bil-Facebook meta ġiet Malta għax kienet rebħet borża ta’ studju. Ġie jfittixha hawn u ried li jibda jgħix magħha, xi ħaġa li hi għall-ewwel ma xtaqitx imma aċċettat għax hu beda jgħidilha li se jispiċċa jorqod barra għax ma riedx jitbiegħed minnha. Ried li jkollhom wild u hi ħarġet tqila. Tilfet it-tarbija iżda wara ftit xhur reġgħet ħarġet tqila. Ġara iżda li r-raġel inbidel. Beda jbati mill-burdati u kien hawn li skopriet li kien qed jabbuża mill-Kokaina. Riedha li tibda tiffilmja l-atti sesswali u anke spiċċa abbuża sesswalment minn bintha, li kienet wild minn raġel ieħor. Qaltlu biex jitlaq mid-dar u dan wassal biex bdiet tirċievi bejn 20 u 30 telefonata kuljum. Ommu bdiet ukoll tiffabrika l-istejjer u l-istess beda jagħmel ir-raġel fosthom meta qal li t-tifel kien sparixxa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu biex tellgħu l-Qorti, instab ħati u kien deportat.

L-omm tgħid li hi u r-raġel kienu ġirien meta kienu jgħixu fl-Italja. Tispjega li hi meta kienet żgħira kienet diġa tafu tant li kienet tmur fid-dar fejn kien jgħix ir-raġel u oħtu  u kienet toqgħod tilgħab ma’ oħtu. Tgħid li hi kellha relazzjoni tajba ħafna ma’ ommhom.

Ġara li hi rebħet borża ta’ studju f’Ottubru tas-sena 2010 u ġiet f’Malta filmkien ma’ bintha, li kienet twieldet minn relazzjoni li kellha ma’ raġel ieħor.  Kważi sena wara li ġiet Malta ir-raġel li kien ġar tagħha fl-Italja għamel kuntatt magħha permezz tal-Facebook u minn hemm bdew għadd ta’ sensiliet ta’ diskussjonijiet online. 

F’dawn id-diskussjonijiet ir-raġel będą jistaqsi lil mara fejn tinsab.  Będą jagħmel insistenza kbira biex ikun jaf fejn tinsab u ankę będą jċemplilha. 

Ippruvat twaqqaf il-kuntatt miegħu, iżda l-kwistjoni kompiet hekk kif ir-raġel mill-Italja ġie Malta u beda jagħmlilha pressjoni biex jgħix magħha. Kien enfasizzalha li jekk ma taċċettahx f’darha dan kien se jwassal biex hu kien se jispiċċa bla saqaf fuq rasu u għalhekk jgħix fit-toroq. Spjegalha li ried ikun qrib tagħha u kien għalhekk li kien se jgħix fit-toroq. 

Hi aċċettat li jgħix magħha u għall-bidu  ma kienx hemm problemi u kien jidher li għandu l-istess stil ta’ ħajja tagħha. Beda jgħidilha li jixtieq tarbija mingħandha. Għal darba oħra l-omm ippruvat twaqqaf  ir-relazzjoni, iżda hu għamel ta’ bir-ruħu li tah attakk tal-qalb. Darba anke għamilha tabirruħu li intilef minn sensieh fil-banju. Dan wassal biex hi bidlet il-ħsieb. Wara irriżulta li l-attakk tal-qalb ma seħħx.

Maż-żmien hu będą jipprova jikkontrolla lil bintha  u metą hi ppruvat tiqaflu dwar dań, hu będą jipponta is-swaba tiegħu lejha u jgħidilha li qed iċċaħħad lil bintha mill-figura ta’ missier f’ħajjitha.  F’Ġunju tas-sena 2012, hi skopriet li tilfet it-tarbija li kellha ta’ ftit xhur tqala.

Fis-sena 2012, hi kellha l-opportunità li tixtri r-residenza fejn kienu qed jgħixu u hi kienet fetħet kont il-bank bil-għan li tfaddal il-flus f’dan il-kont. 

Afdat lir-raġel bil-kard tal-bank u wara ftit xhur indunat li hu kien qed jiġbed il-flus mill-kont mingħajr ma jgħidilha.  

Fi Frar tas-sena 2013 hi reġgħet kienet tqila u aktar tard welldet tifel. Hu twieled erba’ xhur prematur minħabba stress li kienet għaddejja minnu. L-omm tiddikjara b’mod car li ma kellha ebda għajnuna mir-raġel.

Kien proprju f’dan iż-żmien li r-raġel beda juri aġir stramb ħafna. Sar ibati ħafna mill-burdati. Hi tiftakar li darba użat il-kompjuter tiegħu u hu kien irrabja ħafna. Xi żmien wara indunat li din il-bidla fih seħħet għax beda jabbuża mill-kokaina.  

Sa mis-sena 2012, ir-raġel kien beda jibdel diversi drabi ix-xogħol. Mhux hekk biss iżda hu beda jisfurzaha tiffilmja l-atti sesswali ta’ bejniethom.  Jidher li hu kien sar ossessjonat b’din il-ħaġa. Is-sitwazzjoni kompliet tiggrava meta hi telgħet iżżur il-qraba tagħha fl-Italja, fejn hemmhekk persuna li kienu qed jaqsmu magħha l-appartament sabet li r-raġel permezz tal-mowbajl tiegħu kienu qed jirrekordjaha waqt li tkun qed tieħu xower. Hi sabet anke ritratt tal-kard tal-kreditu tagħha fil-mowbajl tiegħu, xi ħaġa li hi rrappurttat lill-Pulizija u hu ttella’ l-Qorti dwarha.

Fis-sena 2015 hu infurmaha li minkejja li kien qed jaħdem ma kienx qed ikollu flus u kien hawn li l-omm iddeċidiet li toħroġ taħdem hi ukoll. Hi bdiet taħdem bħala ħassiela. Kien f’dan iż-żmien li bintha kienet tkellmet ma’ ħabibha tagħha u qaltilha li r-raġel kien qed jużaha biex tgħinu jimmasturba. 

Minħabba din is-sitwazzjoni l-omm iddeċidiet li f’dak is-sajf tmur lura lejn l-Italja  u r-raġel kien aċċetta li għandu jitlaq mill-appartament  sa Settembru tas-sena 2015. Matul iż-żjara tagħha fl-Italja hi kellha l-mowbajl ta’ dan ir-raġel u bdiet tirċievi telefonati ta’ persuni li bdew jgħidu li kienu lesti li jkollhom relazzjoni intima miegħu. 

Bdiet issegwi dak li kienet qed tirċievi u kien hawn li sabet li hu kien għamel avviż f’magazine u kien qed ifittex koppji oħra għall-pjaċiri sesswali. 

Hekk kif induna x’kien għaddej hu beda jhedded lil omm u dan permezz ta’ messaġġ li jekk ma kienux se jirrikonċiljaw kien se jweġġa’ lilu nnifsu. 

Tispjega li kienet ġabet persuna biex tieħu ħsieb it-tarbija u din tkellmet ma’ bintha  u din qaltilha bl-abbuż sesswali li kien wettaq ir-raġel fuqha. Hi flimkien ma’ din il-persuna marret għand l-APPOĠĠ u l-Vice Squad u għamlet rapport ta’ abbuż sesswali fuq minuri.

Minn naħa tiegħu r-raġel beda jżid il-pressjoni tiegħu bit-theddid li se jweġġa’ lilu nnifsu. F’mument minnhom anke qalilha li kien marid b’tumur.  Hu beda jhedded li jaħtaf it-tifel u sabet li anke kellu aċċess li jara l-imjels tagħha.  

Hu kien arrestat fi Frar tas-sena 2016. Ġara li f’April tas-sena 2016 l-omm bdiet tirċievi  telefonati anonimi kemm fuq il-mowbajl u anke fuq it-telefon tad-dar. Omm dan ir-raġel bdiet tikteb fuq Facebook informazzjoni fabbrikata fosthom li mhux tħalliha tara lit-tarbija. Dan kien il-bidu ta’ għadd ta’ posts li inkitbu fuq Facebook.

F’Novembru tas-sena 2016 l-omm applikat biex iġġedded il-passaport u kien hawn li dan ir-raġel bagħat informazzjoni fabbrikata lill-Ambaxxata Taljana. Hu akkużaha li kienet se taħrab bit-tifel u dan minkejja li hi kelllha l-kustodja tat-tifel. Kien minħabba dan li l-passaport dam sitt xhur ma inħareġ. 

Hi bdiet tingħata it-terapija. mill-Victim Support, u dan minkejja ħafna posts fuq Facebook fosthom li t-tifel kien sparixxa.

Fi Frar tas-sena 2019 hu weħel tlett snin ħabs, appella u din is-sentenza kienet ikkonfermata f’Lulju ta’ l-istess sena.  Hu kien iddeportat lejn l-Italja f’Lulju tas-sena 2021. 

Sport