Sunday, November 24, 2024

Draw ġust bejn Birkirkara u Gzira United

Aqra wkoll

Birkirkara……………1

Gzira Utd……………1

Birkirkara u Gzira United temmew il-konfront fi draw ġust ta’ 1-1, biż-żewġ goals jaslu f’temp ta’ 10 minuti fl-ewwel taqsima.

Din kienet partita speċjali għall-coach Taljan ta’ Birkirkara Giovanni Tedesco hekk kif kienet timmarka l-200 waħda fil-football Malti.

Gzira United fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fl-10 minuta meta  MAXUELL MAIA approfitta minn ħarġa erratika tal-goalkeeper Taljan ta’ Birkirkara, Giacomo Nava, li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u ħames minuti wara, Gabriel Bohrer Mentz kellu freekick insidjuż li stampa ma’ sieq il-wieqfa, bl-Istripes jeħilsuha ħafif.

Iżda fl-20 minuta, Birkirkara ġabu l-iskor indaqs meta PAUL MBONG venven xutt minn barra l-kaxxa bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Il-partita kompliet b’ħafna logħob f’nofs il-ground fejn ma ġiet innutata l-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota sa tmiem din it-taqsima.

Mas-siegħa logħob Maxuell Maia għall-Maroons xeħet cross lejn Jefferson De Assis li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi kklerjata mid-difiża ta’ Birkirkara.

Fl-64 minuta ir-referee Malcolm Spiteri waqqaf il-partita minħabba xita qliel li kienet nieżla fis-Centenary Stadium.

Mat-80 minuta, Gzira, kellhom f’saqajhom il-goal tar-rebħa iżda s-sostitut Steve Pisani wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper sostitut ta’ Birkirkara, Amara Sylla ra lil dan tal-aħħar isalva bi bravura.

Birkirkara wieġbu tmien minuti wara u din id-darba kienu huma li tilfu opportunitá tad-deheb li jsibu x-xibka meta s-sostitut Enzo Daniel Cabrera kellu xutt fil-baxx  salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Kroat tal-Maroons, Darijan Zarkov.

Birkirkara: 1-Giacomo Nava (12-Amara Sylla 46), 2-Osvaldo Iorio, 5-Enrico Pepe, 7-Alex Da Paixo Alves, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (77-Denis Custodio Ribeiro 85), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 92-Kevin Tulimieri (30-Enzo Daniel Cabrera 71) Coach: Giovanni Tedesco

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat (7-Steve Pisani 46), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos, 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Alan Camilleri, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia

Skorers: M. Maia 10 (G), P. Mbong (20)

Ammoniti: A. Coppola, E. Pepe (B), J. De Assis (G)

Sport