Tuesday, May 14, 2024

“Il-folla uriet kemm kont maħbub u rispettat Ton”

Jingħata l-aħħar tislima n-nutar Tony Abela

Aqra wkoll

Is-Sibt filgħodu ngħatat l-aħħar tislima lin-Nutar u l-eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista Tony Abela fil-Knisja ta’ San Duminku u l-Verġni Mbierka tar-Rabat. 

Il-knisja ppakkjata bin-nies kienet xhieda ta’ kemm Abela kien maħbub u rispettat minn kulħadd.

Preżenti għall-funeral fost il-qraba tiegħu, inkluż martu u t-tliet uliedu,  kien hemm diversi deputati miż-żewġ naħat tal-kamra, nies li ħadmu ma’ Tony Abela matul ħajtu, kif ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalist Bernard Grech.

Wara l-funeral, sar Korteo madwar diversi toroq tar-Rabat fejn l-ewwel waqfa kienet propju fil-Pjazza ta’ San Pawl fejn kien milqugħ mit-tim tar-Rabat Ajax li poġġew bandiera fuq it-tebut tiegħu.

Matul dan il-korteo spikka r-rispett kbir li bosta persuni kellhom lejn in-Nutar Tony Abela fejn wara kull waqfa n-nies preżenti sellmulu permezz ta’ ċapċipa.

Sport