Thursday, December 26, 2024

Draw ġust bejn Marsaxlokk u Floriana

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……1

Floriana ………..1

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk u Floriana temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta li ħadd minħabba li t-tnejn fal­lew żewġ punti għall-għani­jiet tagħhom.

Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti Kyrian Nwoko mpenja lill-goalkeeper Marko Drobnjak li dawwar f’corner.

Fil-11 minuta Jake Grech xeħet cross-shot għan-nofs li ġie nnewtralizzat f’corner mid-difiża ta’ Marsaxlokk.

Ix-Xlukkajri wieġbu żewġ minuti wara meta Alex De Aguilar Gomes avvanza fil-kaxxa iżda sab lill-goalkeeper ta’ Floriana, Christoffer Mafoumbi, li ħareġ barra minn postu u intercetta tajjeb hekk kif salva l-ballun f’corner.

Fil-25 minuta, ix-Xlukkaj­ri fetħu l-iskor meta Manuel Pena Beltre indirizza cross lejn il-kaxxa avversarja, bid- difensur Owen Spiteri ma rnexxielux jantiċipa lil ALEX DE AGUILAR GOMES b’dan tal-aħħar idur mal-player Furjaniż qabel xeħet fix-xibka.

Fit-33 minuta, il-Greens resqu viċin li jiksbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner il-ballun waqa’ għand Guy Yameogo iżda minn qagħda tajba xeħet barra.

Fit-53 minuta, Marsaxlokk kienu għoddhom irduppjaw meta Alex Da Aguilar Gomes għadda pass  lejn Yuri De Jesus Messias li iżda mill-viċin spara għoli.

Mill-azzjoni li segwiet, fuq in-naħa l-oħra, Floriana appellaw għall-penalty meta l-ballun deher jaħbat ma’ id Nikola Raden iżda kollox kien normali għar-referee, Malcolm Spiteri.

Fil-55 minuta, Mafoumbi wettaq save tajjeb fuq Pena Beltre u fit-62 minuta Kemar Reid falla ċans tajjeb għal Floriana.

Peró fis-66 minuta, huma kisbu d-draw meta Sasere niżżel lejn DUNSTAN VELLA li kien pront għeleb lil Drobnjak.

Fil-ħin miżjud, ix-Xlukkaj­ri kellhom ferħa bla temma meta Duane Bonnici kellu l-goal tiegħu mħassar għal offside.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (9-Patrick Nonato 92), 19-Jose Ulises Arias (11-Duane Bonnici 83), 21-Jai Quitongo (26-Raphael Holzhauser 66), 23-Alex De Aguilar Gomes, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna – Coach: Vincenzo Po­tenza

floriana: 45-Christoffer Mafoumbi, 8-Jake Grech, 12-Dunstan Vella, 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Kyrian Nwoko (11-Thiaguinho 58), 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro, 70-Fernando Augusto De Araujo, 79-Serge Cedric Yameogo, 97-Emerson Santos De Souza (9-Kemar Reid 58)   – Coach: Dar­ren Abdilla

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES:Mitchell Scerri, David Castillo

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: A. De Aguilar Gomes 25 (M), D. Vella 66 (F)

AMMONITI: F. Sasere (F), J. Ulises Arias, J. Quitongo, E. M. Pena Beltre (F)

Ekonomija

Sport