Thursday, April 25, 2024

Draw ġust bejn Marsaxlokk u Zebbug Rangers

Aqra wkoll

Marsaxlokk……………..1

Zebbug Rangers……….1

F’konfront ferm bilanċjat u akkanit, Zebbug R. u Marsaxlokk temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1.

Marsaxlokk għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tal-captain PETER XUEREB li ma tat l-ebda cans lill-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzopardi.

U jidher li t-team talk tal-coach Brian Spiteri għal Zebbug Rangers ħalliet l-effett mixtieq hekk kif fil-ftuħ tat-tieni taqsima huma ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta rebħu penalty meta Stefan Jankovic twaqqa’ fil-kaxxa mill-awtur tal-uniku goal għal Marsaxlokk, Peter Xuereb. Mill-11-il metru nkariga ruħu CHARLES LOKOLI NGOY li bi preċiżjoni tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fl-74 minuta, cross-shot minn tarf il-kaxxa ta’ Leandro Aguirre għal Marsaxlokk għadda ftit barra.

Il-partita kompliet ikkaraterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan sal-ħin mizjud meta Marsaxlokk spiċċaw jilagħbu bi player inqas wara li tkeċċa għlihom il-player Christopher Edafe Uzeh permezz ta’ karta ħamra diretta.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 5-Christopher Uzeh Edafe, 7-Ayrton Attard (8-Terence Vella 64), 9-Kristian Keqi, 13-Claudio Bonanni, 17-Peter Xuereb, 21-Adrian Santiago Ferraris, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna, 93-Vamara Sanagao (37-Fabian Santiago Moracci 76), 99-Tiago Adan Fonseca Coach: Pablo Doffo

Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 2-Henrique Marcelino Motta, 3-Shaun Bugeja, 5-Travis Bartolo (21-Stanimir Miloskovic 75), 6-Wilker Rocha Santos, 8-Ayrton Mizzi, 10-Stefan Jankovic (17-Jeferson Macedo 57), 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 22-Gaetano Joseph Gesualdi, 23-Kurt Bondin (18-Almir De Jesus Soto Maldonado 57) Coach: Brian Spiteri

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli

Skorers: P. Xuereb 2 (M), C. Lokoli Ngoy pen. 47 (Z)

Tkeċċa: C. Edafe Uzeh 90 (M)

Ammoniti: G. J. Gesualdi, W. Rocha Santos (Z)

Player tal-Logħba: Leandro Aguirre (M)

Sport