Thursday, April 18, 2024

Real Madrid megħluba minn Mallorca

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Spanjol, Real Madrid ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fl-isfida tagħhom għar-rebħ tat-titlu meta marru għand Mallorca u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0. 

L-uniku goal tal-partita wasal minn auto-goal ta’ Nacho (13) … filwaqt li Marco Asensio (60) falla penalty għall-Madrileni biex issa jinsabu ħames punti taħt il-leaders Barcelona li għandhom partita inqas.  

Ekonomija

Sport