Wednesday, July 24, 2024

Draw ġust bejn Valletta u Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Valletta ……..1

Sliema W. …..1

Valletta u Sliema W. temmew fi draw ġust ta’ 1-1 liema riżultati ma kkuntenta lil ħadd.

Fil-21 minuta, l-attakkant Slimiż, Geoffrey Acheampong, kellu l-freekick ċentrali tiegħu jgħaddi għoli.

Minuta wara, Daniil Kondrakov ittanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa, bil-goalkepeer ta’ Valletta, Alessandro Guarnone, isalva tajjeb.

Fil-55 minuta Sliema Wanderers fetħu l-iskor meta SAMUEL GOMES DA MATA avvanza tajjeb u wara li rċieva mingħand Acheampong mill-viċin ma żbaljax.

Valletta wieġbu minuta biss wara meta xutt ta’ Diego Cardoso ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Rashed Al Tumi.

Huma għamlu l-iskor indaqs fis-67 minuta permezz ta’ awto-gowl sfortunat tad-di­fensur Jean Borg li tefa’ fil-lasta tiegħu stess wara cross ta’ Ferraris mix-xellug.

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 3-Juan Ramires Bolanos, 6-Enzo Ruiz (23-Milan Jezdimirovic 82’), 8-Fernando Omar Barrientos, 10-Shaun Dimech (15-Keyon Ewurum 62), 11-Goncalo Braganca, 20-Federico Falcone (9-Santiago Adrian Ferrarris 40’), 22-Brandon Paiber, 30-Victor Luiz Prestes Filho, 66-Neil Anthony Micallef, 93-Diego Cardoso – Coach: Vincenzo Potenza

Sliema W: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg (21-Neil Frendo 90), 6-Joseph Marie Minala, 10-Samuel Gomes Da Mata (25-Joachim Adukor 84), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (8-Mark Scerri 72), 19-Daniil Kondrakov (77-Abdulahi Awad 71), 20-Denis Kouao, 31-Bernardo Murilo Henrique Freire, 33-Geoffrey Edwin Acheampong – Coach: Paul Zammit

Referee: Philip Farrugia

Assistenti: Alan Camilleri, Robert Curtis

Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele

Skorers: S. Gomes Da Mata 55 (S), J. Borg og 68 (V)

Ammoniti: E. Ruiz, N. A. Micallef (V), G. Alcino, J. Adukor (S)

Ekonomija

Sport