Saturday, December 21, 2024

Draw prestiġjuż għal Malta kontra s-Slovenja

Aqra wkoll

Malta …..……..2

Slovenja ……..2

F’partita ta’ ħbiberija, Malta temmet fi draw ta’ 2-2 kontra l-qawwa tas-Slovenja.

Dan ir-riżultat jista’ jitqies bħala wieħed ġust u prestiġjuż kemm għax kien it-tieni wieħed għalina kontra dan in-nazzjon, kif ukoll meta wieħed iqis il-qawwa tal-avversarji li jinsabu fil-55 post fir-rankings tal-FIFA. Dan minbarra li, f’Ġunju li ġej, se jieħdu sehem fil-fażi finali tal-Euro 2024.

Fl-ewwel taqsima, is-Slo­veni kienu territorjalment superjuri u kkontrollaw l-andament tal-logħba … u minkejja li ma tantx heddew il-lasti Maltin, il-players tagħna rari ħolqu xi tip ta’ pressjoni jew inkella heddew il-lasti avversarji.

Madankollu fit-tieni taqsima, il-players Maltin kibru fl-istatura u skorjaw ġmiel ta’ żewġ goals biex ħarbtu għal kollox il-pjani tas-Sloveni.

Kienu l-Maltin li ħolqu l-ewwel periklu, fit-tmien minuta, meta Matthew Guillaumier xeħet cross li sab lil Paul Mbong li kellu d-daqqa ta’ ras  salvata bla wisq diffikultá mill-goalkeeper, Jan Oblak.

Is-Sloveni wieġbu ħames minuti wara meta Benjamin Sesko ma kkontrollax tajjeb il-ballun u kellu l-konklużjoni tiegħu kemmxejn fraġli tiġi salvata bla tbatija mill-goalkeeper Malti, Henry Bonello.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-17-il minuta cross-shot insidjuż ta’ Jure Balkovec stampa mal-mimduda, bil-Maltin jeħilsuha ħafif.

Azzjoni wara l-oħra, finalment il-pressjoni tas-Sloveni ħalliet il-frott meta huma fetħu l-iskor meta wara pass lura tal-captain Steve Borg lejn Henry Bonello, dan tal-aħħar għadda pass erratiku li minnu approfitta bis-sħiħ ANDRAZ SPORAR, li tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Malta rrispondiet fid-39 minuta meta Paul Mbong temm azzjoni personali, dar ma’ difensur avversarju, qabel spara xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li għadda ftit għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu ferm aggressivi u fit-53 minuta, Paul Mbong bidel il-ballun ma’ Luke Montebello, qabel kellu l-konklużjoni taħbat ma’ sieq Varja Drkusic u tintemm f’corner.

Iżda mill-istess corner, il-Maltin kisbu d-draw meta  Joseph Mbong xeħet lejn MATTHEW GUILLAUMIER li minn 35 metru bogħod venven kanunata fil-baxx biex għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Vidi Belec, li ma tantx seta’ jara l-ballun minħabba li Luke Montebello ostakola l-viżjoni tiegħu.

Erba’ minuti wara, il-Maltin dawru l-iskor favur tagħhom permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ STEVE PISANI bil-ballun jispiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.

Is-Sloveni għamlu reaz­zjoni fit-tenattiv li jagħmlu l-iskor indaqs u proprju fil-81 minuta rnexxielhom jagħmlu dan  permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ BENJAMIN SESKO, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

MALTA: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (13-Enrico Pepe 46), 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Essien Mbong, 8-Steve Pisani (17-Nikolai Muscat 76), 10-Paul Mbong (24-Nevin Portelli 82), 11-Luke Montebello (9-Kemar Reid 67), 15-Juan Carlos Corbalan (25-Carlo Zammit Lonardelli 82), 19-Yannick Yankam, 20-Jean Borg, 22-Zach Muscat   – Coach: Michele Marcolini

SLOVENJA: 1-Jan Oblak (12-Vidi Belec 46), 3-Jure Balkovec, 6-Jake Bijol (4-Miha Blazic 46), 9-Andraz Sporar, 11-Benjamin Sesko, 14-Jasmin Kurtic (5-Jon Stankovic 77), 17-Jan Mlakar (7-Benjamin Verbic), 19-Tomi Horvat, 20-Petar Stojanovic, 21-Varja Drkusic (23-David Brekalo 82), 22-Adam Cerin (10-Timi Elsnik 62) – Coach: Kek Matjaz

REFEREE: Sandi Putros (Da­nimarka)

ASS. REFEREES: Lars Hummelgaard, Ole Kronlykke (Da­nimarka)

RABA’ UFF: Darryl Agius (Malta)

SKORERS: A. Sporar 28, B. Sesko 81 (S), M. Guillaumier 54, S. Pisani 58 (M)

AMMONITI: S. Pisani, P. Mbong, L. Montebello, Z. Muscat, E. Pepe (M), J. Kurtic (S)

Draw prestiġjuż għal Malta kontra s-Slovenja

Malta ………….2

Bulgarija …….2

Ekonomija

Sport