Wednesday, July 24, 2024

Draw ta’ mingħajr goals bejn Mosta u Gudja U.

Aqra wkoll

Mosta……………0

Gudja U…………0

F’partita nieqsa mill-emozzjoni, Mosta u Gudja United, temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Kuenu Gudja li ħolqu l-ewwel periklu fis-17-il minuta meta xutt mid-distanza ta’ Neil Tabone li għadda ftit barra. Minuta biss wara, it-tentattiv ta’ Matias Muchardi li kien qed jilgħab proprju kontra l-ex team tiegħu, ġie salvat mill-goalkeeper debuttant ta’ Mosta, David Akpan Udoh.

Man-nofs siegħa logħob, Aliyu Isah għal Mosta għadda tajjeb lejn Zachary Brincat bix-xutt fil-baxx tal-captain Mosti jkun salvat bi bravura mill-goalkeper ta’ Gudja, Yaren Sozer.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, eżattament fis-47 minuta, Gudja kellhom xutt ta’ Gabriel Mensah li kien devjat mid-difensur Kolombjan Gustavo Chara, iżda sab lil Akpan Udoh li salva tajjeb minn mal-art.

Fil-65 minuta, Gudja ħolqu kontrattakk veloċi maħdum bizzilla bejn Abou Toure, Mirko Esposito u Gabriel Mensah bix-xutt b’saħħtu ta’ dan tal-aħħar ikun devjat f’corner.

Fis-86 minuta, Aliyu Isah għal Mosta kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit għoli.

Mosta: 22-David Akpan Udoh, 20-Willie Britto, 13-Clayton Failla, 74-Jake Vassallo, 4-Gustavo Adolfo Chara, 16-Gianluca Sciberras (21-Nathan Agius 85), 10-Precious Linus Tenebe (8-Evans Aneni 75 min), 92-Kevin Tulimieri (9-Moussa Camara 62), 7-Aliyu Isah, 27-Eric Mensah, 77-Zachary Brincat (19-Saviour Nwafor 85) Coach: Joseph Grech

Gudja United: 1-Yaren Sozer, 30-Karl Micallef, 5-Armando Brenner, 22-Ricardo Mango, 88-Mirko Esposito, 23-Neil Tabone (39-Zak Grech 80), 18-Conor Borg (10-Shaisen Attard 78), 13-James Arthur, 11-Matias Muchardi, 17-Gabriel Mensah (28-Matteo Cassini 78), 77-Abou Toure Coach: Jesmond Zammit

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Duncan Sultana, Vasil Vasilev

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: Ħadd

Ammoniti: G. Sciberras, W. Britto (M), C. Borg, M. Esposito (G)

Player tal-Logħba: Matias Muchardi (G)

Ekonomija

Sport