Friday, March 28, 2025

Draw ta’ mingħajr goals f’logħba medjokri

Aqra wkoll

Gzira U…………….0

Balzan……………..0

F’konfront medjokri li mmarka l-ewwel partita mill-Gozo Weekender, Balzan u Gzira U. temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Ta’ nota huwa l-fatt li f’din il-partita il-coach ta’ Balzan Andrew Cohen kien qed jaffronta lill-ex team tiegħu, Gzira U.

Fit-32 minuta il-coach ta’ Balzan Andrew Cohen kellu jaffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ għalihom il-player Triston Caruana biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut, Marcus Grima.

Kien biss fit-38 minuta li waslet l-ewwel u l-unika azzjoni denja ta’ nota fl-ewwel taqsima, b’Balzan ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt ta’ Luke Kamsoba għadda għoli.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Gzira ħarġu ferm aggressivi u fil-50 minuta, wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, Kevin Tulimieri kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit għoli, bl-istess player deher li weġġa’ xi ftit f’din l-azzjoni u fil-fatt kellu jiġi sostitwit minn Brooklyn Borg.

Il-Maroons kellhom l-aħjar ċans tal-logħba mas-siegħa logħob meta minn azzoni ta’ corner mogħti minn Thiago Espindola, il-ballun intemm għand Thaylor Aldama li kellu x-xtt tiegħu salvat atjjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.

Balzan wieġbu ħames minuti wara meta Nicholas Pulis rebaħ il-ballun mir-rebpund f’tarf il-kaxxa u x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-wiefa, bil-goalkeeper ta’ Gzira Giulio Mangano megħlub għal kollox.

Balzan komplew fuq l-offensiva u fit-73 minuta Tukilonga resaq viċin li jsib ix-xibka iżda x-xutt tiegħu għadda ftit barra.

Gzira wieġbu fit-80 minuta meya Gabriel Boher Mentz irċieva minn freekick tal-ispeċjalista Thiago Espindola iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin giet salvata minn Golovic.

Balzan tilfu ċans tad-deheb li jiksbu t-tliet punti fil-ħin miżjud meta Elvis Kamsoba għadda tajjeb lejn Dimeji Awosanya iżda n-Nigerjan minn taħt il-lasta tefa’ inkreddibilment barra, bi Gzira jeħilsuha ħafif.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.

Gzira U.: 30-Giulio Mangano, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Enrico Pepe, 7-Thaylor Aldama, 11-Lucas Macula (8-Gianluca Aquilina 72), 14-Luis Carlos Riascos (6-Andrew Borg 61), 17-Montell Shaquill, 18-Diogo Barbosa (98-Jackson Mendoza 72), 22-Kurt Zammit, 92-Kevin Tulimieri (47-Brooklyn Borg 51), 93-Thiago Espindola Coach: Giovanni Tedesco

Balzan: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana (6-Marcus Grima 32), 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Westendorf (27-Alexander Ayo Akpan 55), 10-Jan Busuttil, 11-Benjamin Hili, 14-Dimeji Awosanya, 17-Henri Braham Stanic, 24-Enzo Marcus Ndombasi, 77-Elvis Kamsoba Coach: Andrew Cohen

Referee: Trustin Farrugia Cann

Ass. Referees: Luke Portelli, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: Ħadd

Ammoniti: S. Arab (B), L. Macula, T. Aldama (G)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport