Friday, May 3, 2024

Dreamer Boy impressjonanti fil-finali tat-Tazza l-Kbira

Jikteb Kenneth Vella

Aqra wkoll

Bejn il-Ġimgħa fil-għaxija u l-Ħadd wara nofsinhar fil-Marsa ġew organizzati t-tmintax u d-dsatax -il laqgħa tas-sena. B’kollox saru sittax -il tiġrija tat-trott fuq jumejn fejn minn dawn spikkat l-aktar il-finali tal-kompetizzjoni prestiġjuża tat-Tazza l-Kbira.

Din kienet organizzata bl-għajnuna ta’ Bank of Valletta u kienet miftuħa għal żwiemel tal-klassi Premier. Il-finali saret fuq distanza twila ta’ 2640m u ntrebħet mill-Franċiż Dreamer Boy misjuq minn Charles Camilleri.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier organizzata bl-għajnuna ta’ Bank Of Valletta. Espoir d’Elphigny (Michael Ellul) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Velvet Gio (Rodney Gatt) u r-rebbieħ tal-istaġun li għadda Crack Money (Paul Galea).

Meta ż-żwiemel qabdu l-aħħar 800 metru tagħhom il-finali ħadet svolta oħra. Qabel xejn il-popolari Crack Money biddel il-pass u safa’ skwalifikat filwaqt li żiemel ieħor mill-istess stalel ta’ Stephen Ciangura, Dreamer Boy (Charles Camilleri) beda jżid fil-ġiri fuq in-naħħa ta’ barra. 

Min naħħa l-oħra, fid-dritta finali Espoir d’Elphigny beda jnaqqas mill-ġiri u fost l-oħrajn inqabeż minn Dreamer Boy li ħa t-tieni rebħa tas-sena minn Velvet Gio u Estournel Mouriez (Jesmar Gafa’). Akela Play (Charles Degiorgio) daħal warajhom minn Mac Smily (Carl Caruana). Ir-rebbieħ kellu medja impressjonanti ta’ 1.13.5” fil-kilometru.   

Fi tmiem il-finali, il-Ministru responsabbli mill-Isport Clifton Grima u Kenneth Farrugia f’isem l-isponsors, ippreżentaw it-trofej lil Charles Camilleri, is-sewwieq u Stephen Ciangura, is-sid taż-żiemel rebbieħ. Dan kien it-tielet suċċess ta’ Camilleri f’finali ta’ Tazza l-Kbira. 

Barra dan, il-Ġimgħa fil-għaxija saret ukoll il-finali tal-kampjonat MRTL għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Hawnhekk, Good Buzz (Kerstin Galea) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox madwar 300 metru mil-linja finali.

Dan eventwalment inqabeż minn Forest Beji (Jesmar Gafa’) li ħa l-ewwel rebħa tas-sena bi ftit minn Hanouchka (Cherise Farrugia) u Galeo Du Portugal (Kirsten Axisa). Good Buz kellu jikkuntenta bir-raba’ post.

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Himitri Star (J. Spiteri) Ħin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Fakir De Mone (D. Cortis) 3. Rose Lloyd (D. Farrugia) 4. Goldwyn Du Bocage (P Galea) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m 1. Flexy Vert (P. Galea) Ħin – 3.28.1” (1.18.8”) 2. Zenit Karsk (B. Camilleri) 3. Jakino (S. Galea) 4. Imanol De Mongochy (Ch. Degiorgio)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Attack Photo (D. Baldacchino) Ħin – 3.30.2” (1.19.6”) 2. Islandais (J. Gafa’) 3. Gaia Lucaxelo (P. Galea) 4. Divine De Montceau (D. Debono) 

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Fenix Du Loisir (N. Baldacchino) Ħin – 3.17” (1.14.6”) 2. Dear Matrix (Ch. Camilleri) 3. Eclair Des Vaux (D. Debono) 4. Full Iron (P. Galea) 

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Formi (J. Schembri) Ħin – 3.17.2” (1.14.7”) Arvid S.H. (C. Caruana) 3. Eclair Gold (M. Bugeja) 4. Caid Sly (L. Ghigo)  

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Farmer Du Moulinet (R. Gatt) Ħin – 3.20.5” (1.15.9”) 2. Excellentissime (N. Baldacchino) 3. Global Barrister (J. Scerri) 4. Gawani Du Bocage (A. Farrugia) 

VII Tiġrija. Finali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Forrest Beji (J. Gafa’) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Hanouchka (Cherise Farrugia) 3. Galeo Du Portugal (K. Axisa) 4. Good Buz (K. Galea) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) Ħin – 3.24.7” (1.17.5” 2. Hegoa Smart (R. Gatt) 3. Fiasco Du Gaultier (J. Carabott) 4. Flamenco Phedo (N. Barbara) 

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Idoline (C. Camilleri) Ħin – 3.25.1” (1.17.4”) 2. Born This Way (J. Gafa’) 3. Joyus (N. Baldacchino) 4. Fakir Piya (Cherise Farrugia)  

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 3.22.8” (1.16.8”) 2. Erromanga 3. Haquitin (P. Galea) 4. Cooper Club (S. Schembri) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Mooney (M. Mifsud) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Cuenca (C. Farrugia) 3. Jadore Sugar (D. Cortis) 4. Calzac De Guez (N. Barbara) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Daraghiu Jeep (A. Cassar) Ħin – 3.23.3” (1.17”) 2. Choco Garline (Ch. Degiorgio) 3. Cekito De Jupilles (R. Magro) 4. Elixir De Freca (J. Said) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Havaroche (N. Baldacchino) Ħin – 3.21” (1.16.1”) 2. Secret Snap (Cherise Farrugia) 3. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 4. Dzarof De Guez (C. Refalo) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Donnezac (R. Magro) Ħin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Dream Maker (P. Galea) 3. Deede Star (J. Gafa’) 4. Billie Holiday (R. Gatt) 

VII Tiġrija. Finali BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Dreamer Boy (C. Camilleri) Ħin – 3.13.9” (1.13.5”) 2. Velvet Gio (R. Gatt) 3. Estournel Mouriez (J. Gafa’) 4. Akela Play (Ch. Degiorgio) 5. Mac Smily (C. Caruana) 

VIII Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Igame Merite (D. Baldacchino) Ħin – 3.24” (1.17.3”) 2. Hola Coquine (J. Carabott) 3. Heatherandleather (R. Gatt) 4. Jackpot Visais (F. Mallia)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport