Friday, May 3, 2024

FA Cup: Manchester United kellhom jitħabtu kontra Coventry

Aqra wkoll

Manchester United kel­lhom jitħabtu biex qatgħu l-passaġġ għall-finali tal-FA Cup meta għelbu lit-team taċ-Championship, Co­ventry City, 4-2 bl-għoti tal-pe­nalties wara li temmew fi draw ta’ 3-3. 

Ir-Red Devils fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Scott McTominay (32), Harry Maguire (45) u Bruno Fernandes (58) iżda Ellis Simms (71), Callum O’Hare (79) u Haji Wright (95 pen). 

Fit-98 minuta, Coventry ħasbu li rebħu din is-semi-finali b’goal ta’ Victor Torp iżda ġie mħassar għal offside millimetriku. 

PREMIER LEAGUE

Fulham v Liverpool– Li­verpool żammew il-pass mal-leaders Arsenal meta barra minn darhom għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1.

Trent Alexander-Arnold (32), Ryan Gravenberch (53) u Diogo Jota (72) filwaqt li Timothy Castagne (45) kiseb id-draw momentarju għall- Cottagers.  

Everton v Nottm F.– Everton għamlu pass importanti lejn is-salvazzjoni meta f’dar­hom għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 2-0, b’goal f’kull taqsima minn Idrissa Gueye (29) u Dwight McNeil (76). 

Aston Villa v Bournemouth – Aston Villa dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 3-1 biex saħħew ir-raba’ po­żizzjoni. 

L-iskorers tal-Villans kie­nu Morgan Rogers (45), Moussa Diaby (57) u Leon Bailey (78) wara li Dominic Solanke (31) fetaħ l-iskor minn penalty.  

C. Palace v West Ham – Crystal Palace kellhom passiġġata fuq West Ham meta għelbuhom bl-iskor ta’ 5-2. 

Il-goals tal-Palace waslu minn Michael Olise (7), Eberechi Eze (16), auto-goal ta’ Emerson (20) u doppjetta ta’  Jean-Philippe Mateta (31, 64) filwaqt li Michail Antonio (40) u Tyrick Mit­chell (89) skorjaw għall-Hammers.  

Wolves v Arsenal – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, Arsenal marru għand Wolves u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 b’goals minn Leandro Trossard (45) u Martin Odegaard (95). 

B’din ir-rebħa, il-Gunners telgħu f’ras il-klassifika iżda lagħbu partita aktar minn Manchester City. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport