Dusan Vlahovic jidher li se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus. Wara li l-ftehim eżistenti jiskadi fl-2026, id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli ltaqa’ mal-aġent tal-plejer u jidher li hemm fiduċja li l-plejer mis-Serbja jestendi dan il-kuntratt.
Vlahovic għandu 24 sena u ngħaqad ma’ Juventus f’Jannar 2022 fejn b’kollox lagħab 66 logħba u skorja 32 gowl. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Partizan u Fiorentina.