Friday, July 31, 2026
Home Sport Olivier Giroud se jmur jilgħab fl-Istati Uniti?

Olivier Giroud se jmur jilgħab fl-Istati Uniti?

0
197

L-attakkant veteran ta’ AC Milan Olivier Giroud mistenni jħalli l-Italja sabiex imur jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana.

Il-possibbiltajiet li hu jmur jilgħab fl-Istati Uniti qed ikomplu jiżdiedu minħabba li jinsab attirat li jmur jilgħab f’kampjonat differenti mis-soltu. 

Fil-fatt, timijiet minn New York u Los Angeles jinsabu ferm viċin li jakkwistaw is-servizzi tiegħu.

Milan qed jaħsbu sabiex iġibu sostitut għalih u fost l-oħrajn imsemmijin Santiago Gimenez ta’ Feyenoord, Jonathan David ta’ Lille u Viktor Gyokeres ta’ Sporting Lisbon.