Monday, November 25, 2024

Dylan Cachia u Sasha Gatt jistabbilixxu rekords fl-għawm f’Kazan

Aqra wkoll

Malta qed tkun rappreżentata fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm LEN Short Course li qed isiru bejn it-2 u s-7 ta’ Novembru 2021 f’Kazan, ir-Russja.

L-avveniment qed isir fl-Aquatics Palace li huwa l-akbar post sportiv ta’ ġewwa r-Russja u fid-dinja għal kompetizzjonijiet fl-isports akkwatiċi.

 L-għawwiema Maltin, Dylan Cachia, Sasha Gatt u Thomas Wareing ikkwalifikaw wara laħqu l-Kriterji tal-Għażla ppubblikati l mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta. Huma qed jikkompetu f’total ta’10 avvenimenti bejniethom.

Intant, ġew stabbiliti żewġ records ġodda ta’ short course minn Dylan Cachia u Sasha Gatt waqt kompetizzjonijiet li saru lbieraħ, 2 ta’ Novembru.

Dylan Cachia għam l-400m Freestyle Short Course b’Rekord Nazzjonali ta’ 03:57.26. Ir-Rekord ta-Short Course preċedenti kien ta’ Thomas J Woods b’ħin ta’ 04:03.30 u nkiseb f’Istanbul f’Marzu 2021.

Sasha Gatt għamet it-800m Freestyle Short Course b’Rekord Nazzjonali ta’ 08:52.04. Ir-Rekord preċedenti kien ta’ Gatt wkoll b’ħin ta’ 09:04.88 u nkiseb fi Glasgow f’Diċembru 2019.

L’atleti Maltese ser jkunu qedin jikkompetu f’dawn id-dixxiplini

Dylan Cachia: 200m Freestyle, 400m Freestyle & 800m Freestyle

Sasha Gatt: 200m Freestyle, 400m Freestyle, 800m Freestyle & 1500m Freestyle

Thomas Wareing: 100m Medley Individwali, 200m Medley Individwali, 400m Medley Individwali

L-iskeda li fadal għall-atleti Maltin hija kif ġej: –

 Dylan CachiaSasha GattThomas Wareing
4th Novembru 1500m Freestyle200m Individual Medley
5th Novembru200m Freestyle  
6th Novembru800m Freestyle200m Freestyle100m Individual Medley
7th Novembru 400m Freestyle400m Individual Medley

Il-kontinġent Malti huwa magħmul mill-Coach Catalin Stan, il-President tal-ASA Joe Caruana Curran qed jattendi bħala Membru tal-Bureau tal-LEN, filwaqt li l-Viċi President tal-Għawm tal-ASA David Bonello ser jkun wieħed mill-Uffiċjali tal-Għawm tal-LEN li jmexxi tul il-Kampjonati. Kimberley Sevasta qed takkumpanja lit-tim bħala Fiżjoterapista.

L-impenji tagħhom f’Kazan se jintemmu nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru, bil-kontinġent itir lura Malta nhar it-Tnejn 8 ta’ Novembru.

Sport