Giorgio Borg anzjan ta’ 84 sena residenti n-Naxxar ġie mmultat €100 wara li nstab ħati li hedded ġara wara li din affrontatuhekk kif kienet ratu jkisser ħtieġa f’għalqa fl-istess lokalità u anke ħalla l-frak mal-art.
Borg kien mixli mill-Ispettur Joseph Mallia li fis-7 ta’ Novembru tal-2023 xeħet materjal f’post pubbliku u anke hedded u beżża’ mara.
Kien il-mara li marret tagħmel ir-rapport fl-Għassa tal-Pulizija fejn kienet qalet li kienet qed tipparkja meta ratu jidħol f’għalqa, jaqbad martell, ikisser ħġieġa u jħalli l-frak fl-għalqa.
Fir-rapport il-mara qalet li meta ratu marret taffrontaħ u qaltlu li ma setax jagħmel hekk beda jinsulentaha. Hija allegat li hu beda jimbutta u għolla l-martell 3 darbiet fl-arja qisu se jagħtiha bih.
Meta l-pulizija tkellmu ma’ Borg hu qallhom li l-għalqa mimlija terrapien, ġebel u ħmieġ u filwaqt li ammetta li mar biex ikisser ħtieġa ċaħda li kien xejjer il-martell lejn il-mara. Hu ċaħad ukoll li mbutta.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabitu ħati li insulenta u hedded lill-mara wara li hu stess ammetta dan imma mhux li beżżagħha għax kien hemm żewġ verżjonijiet kontra xulxin.
Il-Qorti ma sabitx lill-anzjan ħati li rema materjal f’post pubbliku għax il-Maġistrat qalet li dak li rema l-anzjan ma ġiex fit-triq jew f’post pubbliku, iżda f’għalqa privata.