Koppja li f’Mejju li għadda ħammġet ir-Ramla tal-Mixquqa jew kif inhi magħrufa bħala l-Goldern Bay b’għadd kbir ta’ konfitti tal-plastik, ġiet immultata €150.
Kienu l-Malta Ranger Unit li rrapportaw il-każ lill-pulizija wara li l-koppja ħalliet dawn il-konfetti wara li għamlet festin.
Il-Malta Ranger Unit qalet li l-koppja setgħet teħel multa sa massimu ta’ €450 minħabba li dan l-iskart kien tħalla f’park naturali.