Sunday, December 22, 2024

€1,500 għal min jista’ jagħti informazzjoni dwar il-każ fejn allegatament qattus inħaraq ħaj

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Għaqda Volontarja RAR – Real Animal Rights Group qed toffri €1,500 lil kull min jista’ jagħti informazzjoni li tista’ twassal biex jissolva l-każ fejn allegatament qattus inħaraq ħaj, liema każ seħħ fi Triq il-Polverista Bormla, f’nofs Awwissu. Ir-rapport lill-Pulizija sar fis-16 t’Awwissu.

Għall-bidu l-Għaqda Volontarja kienet qed toffri €500 iżda ftit sigħat wara li ħarġet l-appell żdiedu żewġ donazzjonijiet oħra ta’ €500 kull wieħed.

L-Għaqda Volontarja kkundannat bla ebda riserva kull att ta’ krudeltà lejn l-annimali u qalet li informazzjoni kunfidenzjali tista’ tintbagħat b’email fuq [email protected] jew 77550550.

Bosta kienu dawk il-persuni li tassew għandhom għal qalbhom l-annimali li mhux biss ixxukkjaw ruħhom wara li saru jafu b’dan il-każ talli qanqal bosta rabja. Intqal li dan il-qattus kien jismu Tommy u allegatament kien imxarrab bil-petrol u ngħata n-nar. 

Kollox kien jindika li l-qattus ngħata n-nar taħt vann billi twaddablu l-petrol. Waqt li kien qed jaqbad, ġera taħt siġra tal-palm ftit ‘il bogħod. Hemmhekk instab dak li kien fadal minnu.

Ekonomija

Sport