Saturday, October 26, 2024

€20,000 multa talli qarraq b’żewġ anzjani f’każi ta’ frodi romantiċi

Aqra wkoll

Niġerjan ta’ 36 sena li ilu xi żmien jgħix Malta ġie kkundannat sentejn ħabs sospożi għal erba’ snin u ġie mmultat €20,000 wara li ammetta li kien involut f’żewġ każi ta’ frodi romantiku.

Kien f’Diċembru li għadda meta n-Niġerjan tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus minn fuq żewġ anzjani. Kien din il-ġimgħa li quddiem il-il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ammetta li seraq liż-żewġ vittmi eluf ta’ ewro permezz ta’ profil falz li ħoloq fuq l-internet.

Il-Maġistrat ordnat ukoll lin-Niġerjan biex fi żmien sitt xhur irodd lura €14,000 liż-żewġ vittmi.

Għall-akkużat, fil-Qorti dehru l-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb.

Sport