Wednesday, April 24, 2024

Seba’ persuni oħra jinqatlu fit-tieni sparatura fi ftit jiem f’Kalifornja

Aqra wkoll

Seba’ persuni oħra nqatlu fi sparatura oħra f’Kalifornja, filwaqt li persuna oħra tinsab fil-ġeriklu tal-mewt. Jumejn biss wara l-isparatura f’Monetery Park, il-pajjiż jinsab mħasseb bi sparatura oħra, din id-darba fil-belt magħrufa bħala Hal Moon Bay.

L-aggressur ta ruħu b’idejh lill-Pulizija u aktar tard ġie identifikat bħala Zhao Chunli, raġel ta’ 67 sena. Minn investigazzjoni u tfittxija li saret fuq Chunli, huwa nstab fil-pussess ta’ pistola semi-awtomatika.

Skont il-Pulizija, is-seba’ vittmi li tilfu ħajjithom f’Hal Moon Bay nstabu f’postijiet differenti. L-ewwel erba’ vittmi nstabu mejta f’razzett tal-faqqiegħ u tlieta oħra nstabu ftit ‘il bogħod, f’negozju tat-trakkijiet.

Din it-traġedja timmarka t-tieni sparatura tal-massa f’Kalifornja din il-ġimgħa. Dan hekk kif il-Ħadd, tilfu ħajjithom 11-il persuna wara wara li raġel ieħor daħal fi klabb f’Monetery Park u beda jispara fuq persuni. Aktar tard, wara xi sigħat mill-bidu tat-tfittxija għalih, huwa ġie identifikat mill-Pulizija bħala Huu Can Tran ta’ 72 sena. Skont rapporti huwa qatel lilu nnifsu b’tir wara li ġie ċċirkondat mill-Pulizija f’vann abjad ipparkjat.

Sport