Wednesday, April 24, 2024

€200,000 fi skema ta’ għajnuna mmirata lejn il-koperattivi tal-majjal

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar skema ta’ €200,000 mmirata lejn il-koperattivi tal-majjal rikonoxxuti.

F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat kif il-Ministeru, permezz tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikola u Rurali (ARPA), ħadem sabiex tiġi żviluppata din l-iskema li hija intiża biex tipprovdi għajnuna finanzjarja li tkopri l-ispejjeż tal-operat tar-raħħala li jrabbu l-ħnieżer għas-snin 2020-2022.

Il-Ministru Anton Refalo sostna kif il-Gvern għaddej b’ħidma kontinwa sabiex ikunu jistgħu jinħarġu skemi nazzjonali li jipprovdu għajnuna finanzjarja ulterjuri lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin bil-għan li jtaffu ftit mill-piż addizzjonali li qed iġorru f’dawn iż-żminijiet.

“Din l-iskema timxi id f’id ma’ skemi oħra li diġà ħabbarna bħala Gvern, għall-bdiewa u r-raħħala lokali. Minn barra din l-għajnuna, is-settur tal-majjal f’Malta bħalissa qed jibbenifika ukoll minn Għajnuna għall-Ħżin Privat għal-Laħam tal-Majjal maħruġa mill-Unjoni Ewropea taħt fondi Ewropej. Din l-għajnuna wkoll tgħin sabiex ikun hemm iżjed flessibilta’ ta’ kif tiġi indirizatta l-provvista fis-suq,” tenna l-Ministru Refalo.

Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-iskemi jew skemi oħra ta’ għajnuna, wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) billi tintbagħat email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 22926148.

Sport