Wednesday, March 27, 2024

Joseph Muscat maħtur Chairman tal-MPFCA

Aqra wkoll

Il-klabbs tal-Premier League ħatru lil Joseph Muscat bħala Chairman tal-Malta Professional Football Clubs Association (MPFCA).

Dr Muscat se jkun qed imexxi l-MPFCA biex jigu implimentati riformi li se jwasslu biex tiġi ffurmata organizzazzjoni li tmexxi l-Premier League b’ mod separat mill-Malta Football Association (MFA), bi ftehim mall-MFA, skont l-istess strateġija tal-MFA.

Il-klabbs ħadu vot sigriet bir-riżultat ikun 7 voti favur, 4 voti kontra u 3 astensjonijiet. B’hekk il-vot għadda u ġie aċċettat mill-klabbs kollha. Il-bidliet li se jiddaħħlu għandhom iwasslu biex il-Premier League isir aktar professjonali u sostenibbli, jattira aktar nies bħala spettaturi fl-istadiums u fuq it-televizjoni, ikun hemm aktar solidarjetà u investiment fil-players żgħażagħ, ikun hemm aktar involviment ta’ nisa fit-tmexxija, u biex il-clubs Maltin isiru aktar kompetittivi fuq livell Ewropew.

Dr Muscat se jibda jmexxi dan il-proċess ta’ bidla, bid-diskussjonijiet mall-MFA jibdew fil-futur qrib.

Ekonomija

Sport