Saturday, December 21, 2024

€500 għal tliet snin lil ġenituri li wliedhom ikomplu bl-edukazzjoni terzjarja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema tal-Familja, il-Prim Ministru sostna li gvern Laburista se jkun qiegħed ikompli jservi ta’ spalla għall-familji fil-programm edukattiv ta’ wliedhom.

Il-Prim Ministru kompla biex jgħid li l-għan ta’ dan il-gvern huwa li aktar studenti jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom wara l-età obbligatorja. Għalhekk se jkun qiegħed isostni lil dawk il-familji kollha f’dan il-vjaġġ edukattiv.

Se jkun qiegħed jagħti €500 għal tliet snin lil dawk il-ġenituri li uliedhom ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom wara l-età obbligatorja. F’każi fejn l-ulied jgħixu għal rashom, se jkunu qegħdin jirċievu din l-għotja b’mod dirett.

Ekonomija

Sport