Friday, May 3, 2024

Diskussjonijiet biex Ukreni b’kundizzjonijiet serji jinġiebu pajjiżna

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Maltin qegħdin f’diskussjonijiet biex persuni Ukreni li għandhom kundizzjonijiet serji anke relatati mal-onkoloġija jinġiebu f’pajjiżna b’turija ta’ solidarjetà u se jingħataw it-trattament mediku li jeħtieġu.

Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalisti b’rabta mal-kwistjoni tal-Ukrajna u r-Russja. Huwa qal li Malta dejjem imxiet mal-prinċipju tas-solidarjetà.

“Sħaqna fuqu anke meta kellna nerfgħu piż sproporzjonat relatat mal-immigrazzjoni. Huwa naturali meta hemm dan il-fenomenu li qed iseħħ quddiem għajnejna li pajjiżna jkun qed jassisti fil-limitazzjonijiet li għandna,” tenna l-Prim Ministru. 

Huwa qal li ma jaqbilx mal-pożizzjoni li ħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista li jittratta lil kull persuna ta’ dixxindenza Russa jew ta’ nazzjonalità Russa bħala kriminal. Qal li bħala pajjiż, il-pożizzjoni tagħna se tkun li jiġu applikati s-sanzjonijiet li ġew maqbula fuq livell Ewropew.

Fl-istess ħin, il-Prim Ministru saħaq li rridu nżommu rispett lejn il-komunità Russa li hawn f’pajjiżna, li fi kliemu “jaf m’għandha x’taqsam xejn mal-kwistjoni tal-IIP u probabbilment jiddiżapprovaw mit-tensjonijiet li qed iseħħu bħalissa.”

Sport